Karriera li waslitha Hollywood

Ghal hafna, Hollywood huwa post tal-holm, post tat-tlellix u r-rikkezzi. Ghal Lara Bella Vella Baldacchino Hollywood huwa post ta’ zewg ucuh. L-arti tal-make-up wasslitha biex tahdem f’Hollywood. Ramona Portelli ltaqghet maghha.
Ghal hafna tidher sitwazzjoni difficli li jitilqu karriera sabiex jibdew ohra. Ohrajn ma jahsbuhix darbtejn ghaliex forsi jhobbu aktar l-avventura u xi naqra riskju wkoll. Fil-kaz tal-personalità li tkellimt maghha llum, ma ddejqet xejn tirriskja xogholha ghal xi haga kompletament differenti, anke jekk fi zmien difficli tar-ricessjoni f’pajjizna. Fil-fatt Lara telqet ix-xoghol li kellha f’bank lokali, sabiex tibda tahdem biss fuq xoghol ta’ make-up.
Maghrufa aktar bhala Lara Bella Vella Baldacchino, ghandha 23 sena, u bhalissa toqghod Marsaskala. Fil-prez-ent tinsab f’relazzjoni li ilha ghal dawn l-ahhar ftit xhur.
“Hadt din id-decizjoni li nitlaq mix-xoghol li kont naghmel, sakemm nissoda u naqbad sew fix-xoghol tieghi, ghalkemm dejjem tajt il-100% tieghi l-bank.
Kienet decizjoni cara ghalija u mhux facli peres li f’dan iz-zmien tar-ricessjoni ddecidejt nitlaq xoghol li kien tajjeb u ma kontx naf x’ser issib wara. Biss dejjem zammejt go mohhi li jekk ma naghmilhiex, ser jiddispjacini hajjti kollha.
Dejjem kont niehu gost insaqsi n-nies maturi u kbar mill-età biex nara x-xewqat li kellhom f’mohhhom minn mindu kienu zghar, irnexxilhomx iwettquhom, u hafna minnhom qatt ma rnexxilhom,” bdiet tghidli Lara hekk kif iltqajt fil-hanut taghha stess f’Marsaskala.
“Qabel tlaqt minn Malta, kont nahdem fuq films Ewropej, naghmel il-make-up on set, nimmaniggja u naghmel beauty treatments u make-up fil-beauty salon tieghi. Filghaxijiet nghallem beauty and make-up courses. Passatempi tieghi peress li dejjem nahdem ma’ hafna nies, inkun irrid noqghod naqra fil-kwiet. Fil-fatt ghandi kelb kbir jismu Max, u dejjem immorru ghal xi dawra jogging jew nilaghbu fil-bahar.
Inhobb hafna nghum ghal-kemm bix-xoghol ma tantx sar ikolli hin u ngawdi naqra l-familja, boyfriend u hbieb tal-qalb tieghi. Dejjem inzomm siegha kuljum nipprattika dak li nhobb fuq xogholi, biex dejjem insir ahjar,” kompliet telabora dwarha nnifisha Lara.
Naqbad diskursata maghha dwar l-interess taghha fil-make-up u l-effetti specjali kollha tieghu u tghidli li tista’ tghid li minn dejjem kont issibha b’xi lipstick izzelleg u tipprova minn ta’ età zghira hafna.
“Issa ilni kwazi tmien snin niffoka u nistudja fuq make-up. Hawn Malta l-idea qisha ma tantx hi cara u ghadna fil-bidu fejn jidhol make-up. Imma biz-zmien dejjem qeghdin nitjiebu. Dejjem kelli xewqa nitghallem u nahdem fuq effetti specjali u issa fl-ahhar wettaqt dak li xtaqt f’Hollywood. Hdimt fuq films hemmhekk u music videos fejn stajt nuri l-arti tieghi fix-xoghol li naghmel.”
Tferrah lin-nies bil-make-up
Fi kliem Lara make-up huwa mezz kif tista’ tohrog u tesprimi l-arti taghha. Fl-istess hin, kull persuna taf li tista’ ggibha tidher hafna ahjar u isbah milli tkun.
“Dak li jkun tghollilu hafna l-moral u l-kuntentizza li tara f’ghajnejhom hija ta’ sodisfazzjon ghalija, li jirnexxili naghmel lil haddiehor kuntent. Ezempju kelli klijenti fuq il-cruiseliners fejn kont nahdem li kellhom facial reconstruction, u kont naghmlilhom make-up lessons fejn huma jridu bil-make-up jaghmlu wicchom jidher ezatt bhan-naha l-ohra, halli jhossuhom komdi fil-pubbliku, u jghollilhom is-self-esteem.”
F’Marzu tas-sena li ghaddiet, Lara ddecidet li tmur Hollywood, sabiex tavvanza t-taghlim taghha fuq l-effetti specjali ta’ make-up msejjah FX. Dan jintuza l-aktar ghal effetti specjali fuq persuni waqt films.
Tispjegali li dan huwa l-iktar qasam li fih xoghol u dedikazzjoni. Izda nhalli f’idejha sabiex tkompli telabora aktar fuq dan, fejn tghidli li mhux xi xoghol facli.
“B’mod specjali nifrah meta d-diretturi u production team ikunu kuntenti bix-xoghol li ghamilt. Huwa xoghol li jinkludi hafna pressjoni, u jekk ma tkunx iddedikat ma tantx iddum snin twal taghmlu, biss wara tkun sodisfatt hafna li ghamiltu.
Hafna nies jahsbu li xoghol fuq films huwa xoghol facli u cool biex taghmlu, biss ikollhom idea hazina. Jekk ma jkunux lesti li jahdmu hafna, gieli jkollok hames minuti biss biex tlesti make-up ta’ bniedem, gismu kollu u trid tara kif ser tirnexxi, u xorta taghmel xoghol perfett; jekk le, ma tantx ikollok hajja twila fuq films sakemm ma tkunx taf xi nies li xorta jibqghu jzommuk.”
Lara titkellem mieghi dwar it-tul ta’ certu processi li jirrikjedu make-up diversi. Tispjegali li kellha bicca xoghol li xtaqet taghmel, kopja ezatt tan-nannu taghha, b’mod specjali li kienet taf li daqt kien ser ihalli din id-dinja, kif fil-fatt sfortunatament gara wara ftit gimghat. “Dan il-process jiehu kwazi bejn 14 u 16-il siegha kuljum ghal 3-6 gimghat. Tista’ tahdem jew bil-foam latex, gelatin, silicone jew dragon skin.
L-ewwel tibda bi skultura u tispicca b’tip ta’ bicciet li jaghqdu maskra, jew gisem shih li trid. L-applikazzjoni tinvolvi certu tul ta’ hin, sabiex iggib il-kuluri ezatt u b’kull marka li hemm fil-gilda tidher iggibha tidher reali.
Biex ikollok xoghol perfett, dan jiehu bejn 4-6 sighat bhala applikazzjoni. Hemm juri l-isforz kollu li tghid f’dak iz-zmien kollu li tkun ilek tahdem fuqha.”
Hollywood minn lenti differenti
Nerga’ naqbad l-konversazzjoni tieghi maghha dwar Hollywood, u fost diversi temi, staqsejtha kif inhi l-hajja ta’ Hollywood u fuq kollox jekk tikkunsidrax il-fatt li tmur tghix u tahdem f’dan il-post tal-holm ghal hafna.
“Hollywood differenti hafna milli nippretenduh ahna l-Ewropej. Hemm hajja ta’ faqar kbir, nies rieqdin mal-art, bla dar u jieklu miz-zibel, ghazzenin li ma jridux jahdmu ghal hobza ta’ kuljum avolja jkunu f’sahhithom. Hemm ohrajn li jmorru jghixu hemm biex forsi xi darba isiru famuzi,” bdiet tispjegali dwar Holly-wood.
Fil-fatt nistqarr li tatni stampa totalment differenti minn kif kont inpingi f’mohhi x-xenarju dwar Hollywood u probabbilment inti li qed taqra qed tghid l-istess!!
“Li mmur nahdem hemm u naghti s-servizz tieghi nagh-milha ghax dak li jitlob xogholi biex tahdem ma’ nies professjonali. Fejn jidhol ghejxien, nahseb il-kwalità ta’ hajja f’Malta hija oghla, qisna iktar napprezzaw hawnhekk, avolja ghandna pagi baxxi.
Il-varjetajiet kbar li hemm, u li n-nies iridu jaghmlu minn kollox biex jidhru cool u sbieh, intilfu hafna valuri iktar importanti u necessarji. Jaghmlu minn kollox biex ikollhom karozza sabiha u bid-dejn u mobile ricenti, milli jizguraw jekk it-tfal taghhom ghandhomx x’jieklu jew li huma stess xorta ser jieklu.
Min-naha l-ohra iltqajt ma’ nies f’Beverly Hills u Bel Air li ghandhom hafna flus u ma jafux x’ser jaghmlu bihom, bil-mara taghmel facelifts u plastic surgeries kullimkien u l-pagi li ghandhom anqas nimmaginaw ma nistghu. Biss innutajt li rari tarahom jkunu ferhana u kuntenti. Kollox idejjaqhom u n-nies ghalihom pupazzi. Trid toqghod kif jghidulek ghax huma ghandhom il-flus, li minghalihom jistghu jaghmlu kollox fid-dinja,” bdiet taggornani dwar il-hajja ta’ Hollywood.
Ghal kwazi disa’ xhur, Lara kienet iddur id-dinja fuq il-vapuri ta’ P&O cruiseliners fejn kienet tahdem bhala oxyjet specialist fil-medical spa u anke bhala cosmedix skin specialist.
Barra minn hekk, Lara kellha l-opportunità li tahdem fuq is-sett ta’ diversi films Ewropej fosthom Agora, Gladiatior u Devils’ Double. Tghid li kienu films l-iktar ghal qalbha, fejn kienu jahdmu sighat twal bhala tim ta’ bejn tmienja, gieli anke 20 fuq xaghar u make-up.
Bhala atturi famuzi li kellha l-opportunità li tahdem magh-hom, insemmi lil Rachel Weisz, Oscar Isaac, Rupert Evans, Sami Samir, Dominic Cooper, u Russel Crowe fost hafna ohrajn. Ta’ min jghid ukoll li Lara ghadha sal-gurnata tal-lum tghallem korsijiet ta’ beauty dwar kif wiehed ghandu jzomm ruhu, make-up, tipi ta’ kuluri li jixirqu mal-complexion ta’ kull individwu, dwiefer u gilda.
Issa li Lara tinsab lura Malta wara l-esperjenza li kisbet f’Hollywood, lesta li tkompli toffri t-talenti taghha lill-klijenti godda, waqt li ser tiffoka iktar fuq stazzjonijiet televizivi lokali u internazzjonali.
“L-ispirazzjonijiet qatt m’huma ser jieqfu ghax inkella jitlaq il-gost tax-xoghol tieghi. Dejjem nibqa’ nipprattika x-xoghol li naghmel u modi differenti ma’ nies professjonali minn pajjizi differenti u naghti l-ideat tieghi u dejjem nitghallem sabiex ix-xoghol dejjem jigi ahjar u isbah minn qatt qabel,” temmet tghidli Lara.
Recent Comments