It-titli zejda jdejquh u xejn ma jimpressjonah – Ramona Portelli Blog

It-titli zejda jdejquh u xejn ma jimpressjonah

RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ JOE BROWN, muzicist popolari mmens fil-gzejjer Maltin.
Jitkellem dwar l-imhabba u l-passjoni li ghandu ghall-muzika, u kif ilu sa minn meta kien
ghadu tifel b’din l-imhabba kbira ghat-talent li ghandu.

Qatt ma kont ghadni ltqajt mieghu, ghalkemm kemm-il darba apprezzajt il-muzika tieghu.  Hekk kif cempiltlu sabiex niftehmu ghal din l-intervista, mal-ewwel laqatni l-mod ta’ kif tkellem mieghi, fis-sens li deher li hu bniedem cajtier u dhuli.

Fil-fatt ma kontx sejra zmerc, ghax appena ltqajna fuq il-post tal-intervista, stajt nikkonferma dan, u bhal li kieku ilna nafu lil xulxin tant snin.  Qed nirreferi ghal Maestro Joe Brown.

Malajr skoprejt li t-titli jdejjquh, hekk kif gbidtlu l-attenzjoni ta’ kif ihobb li jsejjhulu n-nies – jekk hux Joe Brown jew Maestro Joe Brown.  “It-titli jdejjquni lili.  Niehu gost min isejjahli b’ismi, Joe. Maestro hija kelma ohra flok mexxej.  Kif ninzel mill-park ma nibqax il-maestro,” beda jghidli b’sens ta’ sincerità u modestà hekk kif poggejna bilqieghda madwar il-mejda.

Joe Brown ghandu 51 sena, joqghod Bormla, mizzewweg u ghandu zewgt itfal.  Minbarra l-muzika, Joe ihobb it-tisjir, anzi kif qalli hu stess – ihobb jivvinta ricetti godda tieghu.

Iddeskriva lilu nnifsu bhala persuna kollu cajt u li ma jimpressjonah xejn.  Ridtu jelabora aktar dwar din tal-ahhar.  “Fis-sens li jekk per ezempju xi hadd jghidli ara x’vapur kbir u sabih dahal il-port, nittawallu, narah u nghid veru u daqshekk, xejn aktar.  Fl-istess hin, jien bniedem li nhobb nanalizza b’attenzjoni, izda mhux b’mod ta’ zekzik, ghax nghidlek li ma nafx min joqghod hdejja jew warajja,” fissirli Joe.

Bhala muzicist, kompozitur, arrangatur u producer, bla dubju ta’ xejn li hajjet Joe Brown hija prattikament mdawwra mal-muzika.  Staq-sejtu kif jimmagina lilu nnifsu  minghajr muzika.  “Nahseb li nkun ma nezistix kieku.  Litterallment inkun qisni bniedem bla hwejjeg”.  Fil-fatt kompla jghidli li minn ckunitu beda jahdem fuq il-muzika, hlief ghal xi tlett xhur li kien hadem go fabbrika, u kif qalli hu stess, “l-anqas kont naf x’qed jigri matul dawk it-tlett xhur li hdimt fil-fabbrika.”

Just Musicals 4

Bhalissa Joe Brown huwa nkarigat jiehu hsieb l-arrangamenti muzikali tal-kuncert Just Musicals 4 li ser jittella’ dalwaqt fl-Istitut Kattol-iku, l-Furjana.  Tlabtu jghaddili aktar informazzjoni dwar dan l-involviment tieghu.  “Dan se jkun kuncert spettakolari, kollu kemm hu live, li hija xi haga gdida ghal hawn Malta.  Ser ikun maqsum f’zewg partijiet.  L-ewwel wahda Pop Goes Gregorian, li jinvolvi ghaxar kantanti li jkantaw kant Gregorjan.  It-tieni parti ser tkun Moulin Rouge in Concert.  Fi kliem iehor dan il-kuncert ser ikun kuncert mimli spettaklu ta’ muzika u dawl li jikkomplimenta dan il-kuncert.”

Just Musicals 4 ser jittella’ fit-Teatru tal-Istitut Kattoliku, is-Sibt 26 ta’ Frar fis-7.30pm u l-Hadd 27 ta’ Frar 2001 fis-6.30pm.

Biex nibqghu fuq l-element tal-live, Joe Brown ghamilha cara mieghi li jippreferi muzika live.  “Verament li nkun irrid nahdem xi xoghol fir-recording studio tieghi, imma l-live sabih wisq.  Tidhol fiha l-kapacità tal-kantant u l-muzicist.  Nemmen li s-swaba tal-muzicist kollox waqt l-live,” sostna Joe.

Zied jghidli li b’sodisfazzjon kbir ghamel hafna kuncerti, kif ukoll idderiega l-orkestra ghall-Eurovision tlett darbiet, u darbtejn il-Festival tal-Kanzunetta Maltija.

“Sfortunatament it-tnejn li huma m’ghadhomx isiru bl-orkestra, sahansitra tal-Kanzunetta Maltija m’ghadux isir,” qalli ddispjacut Joe.

Madankollu, Joe stqarr mieghi li ghadu ta’ kuljum jistudja xi haga gdida dwar il-muzika, filwaqt ukoll li jikteb xi bicca muzika wkoll.  Fil-fatt jaghmel diversi ricerki dwar muzika u b’hekk dejjem izomm ruhu aggornat.

Minn ricerka li ghamilt qabel ma mort niltaqa’ ma’ Joe Brown, skoprejt li hawn Joe Brown iehor li jghix l-Ingilterra u li huwa mdahhal fix-xena tal-muzika bhalu.

Fil-fatt ma kienx sorpriz b’dan li ghedtlu, ghax Joe kien konxju minn dan l-Ingliz li jgib l-istess isem u kunjom bhal tieghu.

B’hekk staqsejtu jekk xi persuni jithalltuhx ma’ Joe Brown l-Ingliz.

“Hafna jithalltuni, specjalment it-turisti li jigu Malta stess.  Mhux l-ewwel darba li jistaqsuni fejn hu Joe Brown, u nghidilhom li jien hu, mentri huma jkunu qed jistaqsu ghall-Ingliz,” irrakkontali b’dahka Joe.

Fl-ahharnett ridt inkun naf kif tkun gurnata tipika ta’ Joe Brown.  Fi kliem semplici u bla ebda kumplikazzjonijiet, Joe nfurmani li filghodu malli jqum jiehu kafé, u jmur l-istudio tieghu u ma jinqalax minn hemm gew.  “L-istudio tieghi jinsab mad-dar stess.  90% minnu narah ta’ vantagg ghalija li jinsab ezatt mad-dar, ghax ma noqghodx ninqala’ minn dari biex nahdem,” temm Joe Brown.

Scroll to top