Il-gurnalista li segwa l-passi ta’ missieru
Il-personalità li ntervistajt illum kont ili nafu minhabba li ghamel xi zmien jghix bhali l-Mosta, u meta konna izghar konna nattendu l-istess oratorju ma’ zghazagh ohra.
Maz-zmien dejjem sibt ghajnuna siewja minghandu specjalment pariri gurnalistici. Qed nirreferi ghal gurnalist – Brandon Pisani. Hafna drabi xoghlu hu li jintervista lil haddiehor bhali, izda rari issib min jintervista lilna! Izda din id-darba kien imiss lil Brandon li jigi ntervistat minni!
Brandon illum ghandu 35 sena, ilu mizzewweg lil Alison ghal dawn l-ahhar sentejn u jghixu l-Imgarr, Malta. Brandon imwieled il-Kanada u gie jghix Malta mall-familja meta kellu disa’ snin. “Trabbejt il-Mosta. Fil-hin liberu tieghi nhobb nara t-televizjoni, nsegwi l-futbol u nfittex l-ahbarijiet u sports fuq l-internet,” beda jghidli Brandon.
Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala bniedem kwiet u li kapaci jissaporti, ghalkemm meta mbaghad jitniggez bil-kbir naturali li jisplodi. “Kultant ilsieni jigri bija, izda nhobb nghin u nahseb f’haddiehor, anzi nipprova naghmel l-impossibbli biex nghin lil dak li jkun. Fi kliem ehfef inhobb nara’ lil haddiehor kuntent,” kompla jghidli dwaru Brandon.
Karriera gurnalistika
Ghalkemm ilu biss ftit xhur jahdem bhala gurnalist ma’ ONE News, precizament minn Marzu li ghadda, Brandon ihoss li sab postu. Staqsejtu x’sodisfazzjon jiehu mill-gurnalizmu. “Proprjament digà kont nahdem dak iz-zmien Super 1 News lura fis-sena 1994, allura ghandi ‘l fuq minn sbatax-il sena esperjenza f’dan il-qasam. Is-sodisfazzjon li nara’ huwa li niltaqa’ ma’ hafna nies differenti, u nitghallem minnhom. L-ikbar sodisfazzjon ikun li nkun qed nara’ lil xi hadd importanti fuq it-televizjoni u ftit wara nsib ruhi nintervistah. L-iktar li nhobb nirrapporta huma stejjer umani ghax bihom nghaddi messagg ta’ kuragg lil haddiehor.”
Bqajt fuq l-istess tema u ridt inkun naf jekk kellux xi storja partikolari li baqghet ittimbrata f’mohhu. Fil-pront wegibni li m’ghandu l-ebda wahda partikolari, ghax kull storja umana fiha l-partikoralità taghha. “Izda jkolli naghzel tkun l-istorja ta’ meta mort fuq xoghol volontarju fil-Kenja fl-2007. Meta kont gejt lura kont ktibt erba’ artikli dwar l-esperjenza tieghi,” wegibni Brandon.
Mill-gazzetta ghat-televizjoni
Ta’ min jghid li Brandon ghamel snin twal jahdem bhala gurnalist ma’ gazzetta lokali u ftit ilu qaleb ghal gurnalist fuq l-ahbarijiet trazmessi fuq it-televizjoni. Tlabtu jispjegali din il-bidla f’hajtu u dwar id-differenzi li jezistu bejniethom ghalkemm it-tnejn li huma jinvolvu xoghol gurnalistiku. “Id-differenza hija kbira. Fi kliem semplici t-televizjoni ghandek stampa spjegata fi ftit kliem, filwaqt li gazzetta trid tirrakkonta fid-dettall. Fil-fatt ghall-bidu li bdejt nahdem ghat-televizjoni kont insib ftit diffikultà ghax kont drajt nikteb fit-tul, filwaqt li ghat-televizjoni ridt nikteb fil-qosor. Maz-zmien drajt ukoll,” tbissem jghidli Brandon.
Kont naf li missier Brandon – John huwa gurnalist ukoll. B’hekk ma stajtx ma nistaqsihx jekk giex influwenzat minnu sabiex jaqbad l-istess karriera. Brandon fissirli li kieku ma kienx missieru hu mhux qieghed fejn jinsab illum. “Lil missieri nikkunsidrah bhala l-ikbar habib tieghi. Meta jkolli diffikultà dejjem immur ghandu. Inqisu bhala l-idolu tieghi. Fil-fatt flok Pa nghajjatlu Pisani. Nixtieq filfatt pubblikament nirringrazzjah ta’ kollox,” hataf l-opportunità Brandon.
Naturalment, bhala gurnalist b’esperjenza twila warajh, Brandon irrapporta kemm-il darba minn barra minn Malta. B’hekk tlabtu jaqsam mal-qarrejja xi esperjenza li baqghet ittimbrata f’mohhu l-aktar. “L-aktar zmien li jibqa’ f’mohhi kien iz-zmien tal-gwerra ta’ Kosovo. Kont tlajt l-Albanija u esperjenzajt u rajt il-harba tar-refugjati. Niftakar kien vjagg twil sakemm wasalt u bil-lejl hlief sparar ma kontx tisma’. Kont nghix f’zona ta’ gwerra, izda kollox ma’ kollox l-isfidi nhobbhom. Esperjenzi ohra ta’ barra minn Malta huma kull meta nzur il-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu jew Brussell fuq xoghol,” wegibni Brandon.
Fi kliem Brandon il-gurnalizmu qieghed hemm sabiex iwassal messagg lit-telespettaturi jew semmiegha tieghu. “Xoghol ta’ gurnalist huwa li jrid iwassal il-fatti ta’ storja lil haddiehor. Importanti li messagg irid jasal b’mod pozittiv. Jien personali nhobb insib bilanc f’dak li huwa negattiv, allura nipprova nwassal il-pozittività ta’ raportagg fidil u aktar pozittiv,” spjegatli b’mod dettaljat u dedikat Brandon.
Fuq l-istess nota, bdejna nitkellmu dwar il-fatt li diversi nies jahsbu li gurnalist kemm jisma’ ahbar u jirrappurtaha. Hafna mhux konxji li fil-verità jkun hemm hafna ricerka qabel ma tixxandar ahbar fil-berah. B’hekk tlabtu jispjegali l-process ta’ qabel ma tixxandar ahbar. “Dan jiddependi skont l-ahbar. Jekk ikun incident allura r-ricerka tkun ta’ dak il-hin u tipprova tidentifika dak il-hin stess. Stejjer ohra mhux la kemm ixxandarhom malajr. Nemmen u hija policy tieghi li kull storja rrid nisma’ z-zewg qniepen. Wara xorta naghmel ir-ricerka tieghi. L-importanza tal-ahbar hija li tkun kredibbli man-nies u mhux biex tghid hrigtha. Illum il-gurnata nahdmu hafna bl-email. Ghalkemm fiha l-vantaggi taghha, fiha wkoll l-izvantagg li taf tiehu wisq zmien,” spjegali Brandon.
Jitqazzes mill-wirdien
Min-natura ta’ xoghlu qlibt l-intervista dwaru personali. Fil-fatt kont naf li Brandon jibza’ mill-grieden u jitqazzes mill-wirdien. Gibtlu sitwazzjoni quddiemu fejn ridt nara’ x’jaghmel li kieku jkollu jirraporta xi ahbar minn xi post zdingat u jkun jaf li mimli wirdien. Hawnhekk Brandon deher xi ftit konfuz, izda wegibni, “Jekk inkun naf minn qabel nipprova nikkonvinci lil xi hadd iehor imur minn floki. Izda jekk ma jkollix alternattiva ohra, nara’ x’naghmel u nirrapporta dak li nara’ u nitlaq ‘l hemm kemm jista’ jkun malajr,” tbissem jghidli Brandon.
Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma ltqajt ma’ Brandon, sirt naf li kien footballer il-Kanada. B’hekk tlabtu jelabora aktar dwar dan. Fil-fatt ikkonfermali li minn dejjem kien ihobbu l-futbol. “Kelli xi sitt snin meta kont nilghabu f’Toronto. Stagun minnhom kont anke skurjajt erbghin gowl. Meta gejna nghixu Malta kont dhalt mall-MFA, izda kont ghamilt xi sena biss ghax hassejt li ma rajtx sens ta’ tim hawn Malta bhalma kien hemm il-Kanada. Infatti xtaqt bqajt il-Kanada minhabba l-futbol, imma c-cirkostanzi huma dawk li huma llum.”
Fl-ahharnett Brandon xtaq jghaddi messagg lill-qarrejja tal-KullHadd sabiex jiehdu l-hajja b’mod pozittiv, anke jekk dak li jkun, ikun ghaddej minn xi zmien hazin – dejjem ghandu jfittex il-pozittività tal-hajja. “Il-hajja hudha kif inhi u tara’ kif ma jiddispjacikx ghal li tkun ghamilt f’hajtek”, temm jghid Brandon.
Recent Comments