Il-fotografi gieli talbuni affarijiet ohra
Il-hajja tal-immudellar, il-kontra ta’ kif jahsbuha hafna, mhix facli. Kemm minhabba li trid izzomm linja perfetta, kif ukoll ghall-hlasijiet mizeri li l-mudelli jithallsu hawn Malta. DAWN FRENDO tkellmet ma’ RAMONA PORTELLI dwar il-hajja taghha bhala mudella u zeffiena.
Qed ikun hafna li dan l-ahhar qed igergru li f’Malta ma tantx hawn opportunitajiet. Xi haga li ilha tinhass hafna. Izda forsi c-caqliq li qed ikun hawn fl-ekonomija dan l-ahhar qed jirrifletti fuq persuni li jfittxu xoghol barra minn pajjizna.
Ohrajn isibuhom aktar komdi li joqoghdu gejjin u sejrin minn pajjizna jaghmlu xi bicca xoghol tajba u jergghu jigu lura meta x-xoghol ikun kwiet.
Nammira hafna lil dawk li jiddeciedu li jhallu lil pajjizhom ghal xi xoghol. Bicca xoghol ta’ kuragg kbir, li aktarx jiena stess ma nasalx li naghmilha minhabba li nimmissja lil ta’ madwari, ghalkemm inhobb hafna s-safar.
Ghall-intervista tal-lum, tkellimt ma’ tfajla nofsha Skocciza u l-kumplament l-iehor Maltija – Dawn Frendo. Dawn tahdem bhala mudella u zeffiena b’mod professjonali. Fil-fatt hafna mix-xoghol taghha jkun jirrikjedi li thalli lil Malta ghal certu zmien sabiex tkun tista’ tahdem dak li jqabbduha fix-xena tal-immudellar l-aktar.
Ma ssaddatx mal-istess haga
Iltqajt ma’ Dawn fil-Qawra, vicin hafna ta’ fejn qed toqghod bhalissa. Ghandha 26 sena u apparti z-zfin u l-immudellar, taghmel xoghol ta’ nail technician. Thobb hafna l-qtates u ddeskriviet ruhha mieghi bhala tfajla komplikata fis-sens li dak li jkun difficli biex jiehu kopja taghha.
“Jiena tip ta’ persuna li niddejjaq naghmel l-istess haga, allura dak li jkun filli drani naghmel haga u filli jkollu jadatta ruhu ghal mieghi ghal dik il-haga li nkun bdejt naghmel gdida. Nikkunsidrani bhala persuna li dejjem irrid nivvinta xi haga gdida f’hajjti. Tipikament Leo, dejjem attiva b’mod pozittiv,” tbissmet tghidli dwarha Dawn.
Kompliet tghidli li bdiet timmudella disa’ snin ilu. Proprjament bdiet dan ix-xoghol l-Ingilterra, imbaghad bic-cirkostanzi sabet ruhha tghix u tahdem fl-istess linja hawn Malta.
“Jiena nofsi Skocciza. Gejt nghix Malta meta kelli tlett snin. Kont tlaqt nghix lura l-Ingilterra meta kelli 14-il sena u ergajt gejt lura Malta tlett snin ilu. Minn ta’ 16-il sena ’l hawn dejjem ghext ghal rasi. Tista’ timmagina kemm kelli nahseb ghal rasi u pozitivament inhoss li mmaturajt biha din is-sitwazzjoni.
Li jdejjaqni f’Malta huwa li hafna jippretendu li taghmillhom ix-xoghol b’xejn. Jew inkella gieli ssib lil xi hadd joffri xi ftit ewro bhala hlas u jkun minghalihom li qed ihallsu xi haga kbira bihom. Fuq din il-haga nispicca nirrifjuta hafna xoghol b’konnessjoni ma’ mmudellar. Kieku rrid inkun involuta f’aktar xoghol hawn Malta, izda minhabba din il-haga jkolli noqghod pass lura,” bdiet tghidli dwar din l-industrija.
Izda minkejja dan kollu, Dawn ammettiet mieghi li Malta toghgobha wisq. “Jiena persuna maqsuma f’zewg pajjizi. Lil Malta nhobbha ghax-xemx u l-bahar u l-Ingilterra nhobbha ghall-opportunitajiet ta’ xoghol u hlas tajjeb li toffri. Ma ninsiex ukoll li l-karriera tieghi bdiet mill-Ingilterra.”
Tinfurmani li minn mindu kellha 14-il sena bdiet tizfen fil-clubs. Kienet tizfen anke fi clubs fl-Ingilterra. Fil-fatt hawn Malta kienet fethet l-agenzija taghha taz-zfin, fejn kellha grupp ta’ tfajliet zeffiena li kienet tqassam u taddatta ma’ promoturi li jitolbu s-servizzi taghhom. B’wiccha minn quddiem, Dawn irrakkuntatli kif l-esperjenza taz-zfin laqqghatha ma’ diversi deejays popolari, fosthom Carl Cox u Bob Sinclair. Illum Dawn thoss li l-industrija taz-zfin inbidlet u ghalhekk qed tiffoka aktar fuq l-immudellar milli zfin.
“Illum qed jidhlu hafna tfal zghar fil-clubs. M’ghadux bhal qabel. Anke c-changing rooms fejn ahna z-zeffiena nbiddlu m’huma mizmuma xejn tajjeb. Bicciet minnhom l-anqas fan ma jkollhom ahseb u ara air-condition. Immagina xi lejl tas-sajf wara dak iz-zfin kollu u ssib ruhek taffaccja dawn il-problemi kollha. Zgur li mhiex haga igenika. Jista’ jkun li qtajt ukoll minhabba l-fatt li qed nikber jew sempliciment kelli bzonn bidla f’hajti – kif fuq kollox inhobb naghmel minn zmien ghal zmien.”
Immaginajt li bhal kull tip ta’ xoghol iehor, Dawn tista’ tiltaqa’ ma’ xi problemi waqt xoghol ta’ immudellar. Fil-fatt wiegbet fil-pozittiv u tlabtha telabora aktar. Kliemha mar fuq il-fotografi li gieli hadmet maghhom ghalkemm mhux kollha. Jispiccaw jitolbuha affarijiet ohra. Din il-haga ma gratx biss meta gieli tahdem l-Ingilterra, izda anke waqt xi xoghol ma’ fotografi Maltin hawn Malta stess.
“Jiena stretta hafna fuq xogholi. Naf li naghti dehra ta’ sofistikata u glamorous, izda waqt immudellar qatt ma urejt partijiet privati minn tieghi. Jiena nemmen li l-flus mhux kollox, u appuntu ghalhekk ikolli nispicca nirrifjuta hafna mix-xoghol,” sostniet Dawn li tinsisti li temmen fi principju wiehed, dak li l-klijent taghha jrid ikun kuntent.
Xi snin ilu, Dawn kienet ippartecipat f’xi konkorsi tal-moda, fosthom Miss Bikini 2007 u ricentament Miss Model of The World 2010. Ghal-kemm ma rebhitx fihom, b’wiccha minn quddiem qaltli li kienet hadet it-titlu ta’ Miss Scotland for Miss Italia nel Mondo 2009. Apparti dawn, xi snin ilu meta kienet ferm izghar, kienet hadet sehem f’film ta’ Hollywood.
Il-hajja ghalmitha hafna ghalkemm qalghet fuq wiccha
Kollox ma’ kollox, mhux kull ma jidher sabih fil-hajja huwa ward u zahar. Dawn fethet qalbha mieghi li bhala persuna ghaddiet minn hafna f’hajjitha, kemm meta kienet tifla u anke waqt l-adoloxxenza. Izda l-motto taghha huwa li ghandha tibqa’ dejjem soda.
“F’hajjti dejjem tghallimt u l-problemi tieghi ghamluni aktar b’sahhti. Ninsab fejn ninsab illum ghax dejjem iggelidt in-negattiv tal-hajja u tghallimt minnu, biex finalment ghamilni aktar b’sahhti. Nassigurak li ma kienx facli ghalija, izda meta persuna tkun pozittiva u temmen fiha nnifisha, din ghandha tirnexxi f’hajjitha, kif inhoss li gara fuqi stess,” qaltli Dawn.
Fil-fatt proprju ghalhekk wahda mit-tattoos li ghandha mpingija tghid hekk – Li ma joqtlokx jaghmlek aktar b’sahhtek. Dawn il-kliem qeghdin impingija fuq idejha tal-lemin. Sostniet mieghi li meta tkun ghaddejja minn xi perijodu hazin, issib serhan billi thares lejn it-tpingija li ghandha b’dawn il-kliem, u kif qaltli hi stess, thoss li ttiha certu boost!!!
“Jiena tip ta’ persuna li ma nippjana xejn. Jigu kif jigu l-affarijiet. Gieli nippjana xi rizoluzzjonijiet annwali u gieli jirnexxuli wkoll”, temmet tghidli Dawn – li tant thobb il-muturi u li tispira li ghad ikollha l-mutur taghha wkoll.
Recent Comments