Zewg punti biss telfuh mir-rebh tal-Maltasong

Trabba fil-muzika flimkien ma’ missieru u hutu, fejn anke kellu grupp ma’ hutu u kienu jkantaw flimkien.  Dan l-ahhar ghazel triq ghal rasu – bhala solista.  Ghandu l-licenzja ta’ electrician, ghalkemm qatt ma ghadu uzaha, biex jiddedika hinu ghall-muzika biss.  Segwejnih waqt il-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, fejn ghalih zewg punti fissru hafna u fl-istess waqt ma fissrux.  Ser tara ghaliex ezatt, aktar tard f’din l-intervista stess.  Qed nirreferi ghall-kantant Richard Edwards.

Richard ghandu 28 sena, jghix ir-Rabat, u prattikament trabba fil-muzika.  Ommu Ingliza u missieru huwa l-kantant Joe George – famuz ghall-kanzunetta “Il-kugin Giljan”.  Meta kien zghir, Richard kien iqatta’ hafna mit-tfulija ma’ hutu jkantaw. Ghalkemm ammetta mieghi li ta’ tifel li kien, ma kienx jiehu wisq pjacir ghax kien jippreferi joqghod jilghab, izda missieru kien jinsisti.  Illum il-gurnata jahsibha mod iehor, ghax kif stqarr mieghi, illum jirringrazzja lil missieru li kien jirsisti fuqhom, ghax kieku ma wasalx sa fejn wasal fil-prezent f’dak li jirrigwardja l-muzika.

Richard Edwards jew Richard Micallef?

Originarjament ismu komplut huwa Richard Micallef, izda bhala stage name juza Richard Edwards. Ma stajtx ma nistaqsihx minn fejn nibet dan l-isem tieghu ghal waqt il-kant.  “Jien it-tieni isem tieghi huwa Edward, u b’hekk segwejt l-istess passi ta’ missieri u tfajt it-tieni isem tieghi wara l-ewwel isem tieghi, u b’hekk l-istage name tieghi jirrapprezenta l-ewwel u t-tieni ismijiet tieghi,” tbissem jghidli Richard.

Ghal xi snin, Richard kien ghex l-Ingilterra, fejn anke kien ghaqqad band tieghu. Fil-fatt irritorna lura lejn Malta madwar sentejn ilu.  “Nista’ nghid li waqt l-esperjenza tieghi fl-Ingilterra, kont involut fil-muzika mhux hazin. Apparti l-band, kelli l-opportunità li nikkompeti waqt il-programm televiziv XFactor tas-sena 2006.  Niftakar li kienu fethu l-applikazzjonijiet u l-fatt li kienu bla hlas kien hajjarni aktar, u kont applikajt. 
“Fil-gurnata tal-auditions kien hemm kju b’eluf ta’ kontestanti jistennew.  Jien kont wiehed minnhom, u wara xi gurnata fil-kju, kien imiss lili li nkanta l-parti tieghi.  Fil-fatt kont kantajt a capella d-diska Don’t Let The Sun Go Down On Me u kienet intghogbot mill-producers.  

Niftakar qabli kien hemm il-kantanta Leona Lewis.  Ghaddejna ghall-ahhar fazi, u fil-fatt minn dawk l-eluf kollha, kont bqajt mal-ahhar grupp ta’ tmenin kontestant, fosthom Leona Lewis li eventwalment kienet rebhet hi f’dik is-sena,” irrakkontali Richard kuntent li wasal s’hemm ukoll. 

Mistoqsi dwar jekk ippruvax jibqa’ f’kuntatt ma’ Leona Lewis, Richard wegibni li prova u stinka, izda kien kollu ta’ xejn.  “Malli hadet il-fama u l-popolarità, sfortunatament ma nahsibx li baqghet li kienet waqt zmien XFactor, u b’hekk ma stajt naghmel l-ebda kuntatt maghha,” wegibni ddispjacut Richard.

Lura Malta, Richard beda jiffoka fuq il-karriera muzikali tieghu bhala solista.  Kien ha sehem fil-Maltasong 2010 fejn kien wasal sas-semi finali.  Wara, kien tefa’ l-kanzunetta tieghu fuq youtube.com u nzerta ghogbitu l-kanzunetta certu kompozitur barrani – Jan van Dijck.  Jan kien ghamel kuntatt ma’ Richard, u bdew jiftiehmu sabiex jahdmu xi muzika flimkien.

Fil-fatt, il-kanzunetta Finally minn hawn nibtet. Proprja-ment kienet kanzunetta li kellha tkun inkluza fl-album li bi hsiebu johrog fix-xhur li gejjin, izda iddecidew li Richard jippartecipa biha ghall-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.  Kienet ta’ success, ghaliex proprju spicca fit-tieni post, u ghal zewg punti biss mhux fl-ewwel post!!!

Mistoqsi b’liema mod affetwawh dawk iz-zewg punti li ma rebahx l-ewwel post bihom bil-kanzunetta Finally,  kemm ifissru ghalih u fuq kollox x’messagg kellha l-istess kanzunetta, Richard wegibni, “Il-messagg tal-kanzunetta kien wiehed personali li jittratta dwar relazzjoni li kont fiha jien stess.  Dwar il-punti, ifhimni li nista’ nghid huwa li digà kont kuntent li ghaddejt fis-semi finali, u kont aktar meta ghaddejt mal-finali. Aktar u aktar ikkuntentajt ruhi li kklassifikajt fit-tieni post. L-anqas kont qed nippretendi li nirbah wara biss l-ewwel darba tieghi fil-finali.  Izda l-fatt li l-lirika kienet tieghi u rnexxieli nikseb it-tieni post, ninsab kuntentissimu, u litteralment irrelavanti ghal kemm punti ma rbahtx,” irrispondieni Richard.
Fil-prezent, Richard jinsab ghaddej bil-hidma tieghu fuq l-album li bi hsiebu johrog lejn l-ahhar tas-sajf li gej.  Fil-fatt se jmur il-Portugall hdejn Jan van Dijck sabiex jirrangaw l-irtokki finali tal-istess album.  L-album ser ikollu varjetà ta’ muzika fuq stil country/rock/pop.

Staqsejt lil Richard xi jdejjqu mill-hajja b’mod in generali.  “Ma nhobbx nara n-negattiv, anzi pjuttost inhobb inhares lejn is-sabih tal-hajja.  Imma jekk ikolli nwiegbek nghidlek li jdejjaqni hafna t-temp griz”, wegibni Richard, filwaqt li qbilna li t-tnejn li ahna qed nistennew is-sajf bil-herqa kollha!!

Jippreferi t-toppu

Dawwart id-diskors dwar xaghru.  Fil-fatt staqsejtu jekk qatt ikkunsidrax li jaqta’ xaghru qasir.  “Iva gieli, imma ili ma naqtghu hafna.  It-toppu nhobbu wisq.  Ili ghaxar snin b’xaghri twil, u mhux hekk biss ghax nista’ nghidlek li xaghri ra hafna kuluri, sahansitra anke kollu iswed b’highlights bojod”, kompla jelabora kuntent b’xaghru!!

Fl-ahharnett Richard infurmani li se jtella’ mini-concert flimkien ma’ huh Wayne fis-6 ta’ Mejju li gej il-Buskett. Il-biljetti ser ikunu ghall-prezz ta’ 5 ewro biss u l-flus kollha tad-dhul ser imorru b’risq it-tfal ta’ Rainbow Ward – Puttinu Cares.  Bl-ezatt lahhaqna mal-hin ta’ din l-intervista, ghax Richard kien qed jaghfaslu l-hin biex isegwi l-loghba tal-Manchester United !!

Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Sliema.

Scroll to top