Gwida Maltija ghall-Maltin stess

Hafna drabi nassocjaw il-kelma, gwida, ma’ mara li ddawwar lit-turisti f’post gdid u tispjegalhom l-istorja tal-pajjiz. RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ CHARMAINE BUGEJA li hija gwida ghall-Maltin.
Hija haga komuni li naraw u forsi anke gieli smajna gwidi tat-turisti, li jiggwidaw lit-turisti taghhom madwar il-post li dwaru jkunu qed ikellmuhom. Dawn generalment ikunu b’lingwi barranin. Però dan l-ahhar iltqajt ma’ gwida b’differenza – gwida Maltija li torganizza u tiggwida tours ghall-Maltin ukoll.
Mhux hekk biss talli din taghti l-ghazla biex dak li jkun jaghzel il-lingwa, sew jekk bil-Malti u anke bl-Ingliz. B’hekk Charmaine Bugeja hija litteralment gwida li tispecjalizza f’tours ghall-Maltin stess.
Ridt inkun naf aktar dwar x’toffri lill-Maltin u fuq kollox x’lesta li taghmel u tghid sabiex thajjar Maltin ghal warajha. B’hekk iltqajt ma’ Charmaine f’kafeterija fil-Mosta u flimkien bilqieghda madwar mejda bdiet tirrakkontali dwar kif bdiet l-idea taghha biex tibda taghti dawn is-servizzi.
Ghandha 30 sena u tghix in-Naxxar. Hafna mill-hin issibha torganizza hargiet, taqra dwar l-istorja ta’ Malta u ma jonqosx li thobb izzur pajjizi barranin. Dan l-ahhhar qed tithajjar tibda tkanta, imma ffukajt maghha dwar ix-xoghol specjalizzat taghha, dak ta’ gwida.
Sabet il-pozittiv fin-negattiv
“Hekk kif irnexxieli nikseb il-licenzja ta’ gwida, niftakar li ma kienx hawn xoghol bizzejjed, ghax ix-xoghol li kien ikun hawn bit-turisti kien dejjem bhal donnu jaqa’ fuq l-istess gwidi tat-turisti. B’hekk idde-cidejt li naghmel xi haga ghal rasi. Kont innutajt li hawn certu potenzjal fis-suq lokali u certu ghatx fost il-Maltin ghal aktar gharfien dwar il-kultura ta’ Malta. Kien propju ghalhekk li bdejt norganizza dawn it-tours specjalizzati ghall-Maltin. Minix qed nghid li fil-gruppi tieghi jkolli Maltin biss, anzi mhux l-ewwel darba li kelli xi turisti,” bdiet tirrakkontali Charmaine.
Ziedet tghidli li minn ckunitha tiftakarha dejjem interessata fl-istorja ta’ Malta. “Niftakar li meta kelli 11-il sena, kelli kugina li kienet tahdem go ufficcju kulturali u ta’ tifla li kont ta’ spiss kont immur hdejha l-ufficcju. Fl-ufficcju kien ikollha diversi brochures b’informazzjoni dwar Malta, u kont noghqod kwieta naqrahom minn qoxra sa qoxra.
Darba kuginti kellha bzonn tiehu xi turisti sal-Birgu, peress li dan kien parti mir-responsabbiltà ta’ xogholha. Kont mort maghha u aktar ingbidt lejn dan ix-xoghol. Iddecidejt li nit-ghallem il-Germaniz u Spanjol mill-Form 1, peress li t-Taljan digà kelli idea tieghu biex b’hekk inkun qbadt it-triq biex nistudja ghal gwida.
Maz-zmien kont gibt il-licenzja ta’ gwida li kont qed nistudja ghaliha fuq bazi part-time. Ghalija dan kien success. Peress li dak iz-zmien kif digà spjegajtlek, ma kienx hawn hafna xoghol ghal gwidi, ddecidejt li xorta ridt l-esperjenza fuq din il-linja u proprju kien hawn li ddecidejt li nibda niggwida dawn it-tours li qed naghmel illum,” kompliet tghidli Charmaine.
Fil-fatt Charmaine ilha torganizza tours specjalizzati ghall-Maltin u turisti ghal din l-ahhar sena, ghalkemm kisbet il-licenzja ta’ gwida hames snin ilu. Charmaine thobb tadatta maz-zmien. Fil-fatt issemmi li ghal zmien Novembru thobb torganizza tours b’konnessjoni mal-halloween.
Torganizza wkoll tours adattati ghat-tfal, fejn tispjegalhom l-istorja tal-post b’mod li jifhmuh u sabiex jidhlu aktar fl-istorja. S’issa iffukat fuq il-Belt Valletta, l-Imdina, Hal Qormi, in-Naxxar u l-Birgu. Maz-zmien bi hsiebha tibda torganizza tours f’aktar lokalitajiet lokali.
Temmen li kull lokalità ghandha l-istorja taghha u Charmaine lesta li tibqa’ taqsam din l-informazzjoni b’mod facli u li jifhmu kulhadd, filwaqt ukoll li dak li jkun ihoss sens ta’ ghaqda fi grupp, li fl-ahhar mill-ahhar jispiccaw kollha hbieb.
Hajja mill-gdid lill-istorja ta’ pajjizna
“Mhux l-ewwel darba li l-gruppi tieghi jispiccaw qishom xi klabb, tant li wara kull tour generalment nispiccaw inkomplu niddiskutu flimkien f’xi hanut tax-xorb. Bhala etajiet jattendu minn tfal sa anke anzjani. Jien nixtieq li l-kuncett tas-suggett tal-istorja ta’ pajjizna ma jibqax jigi deskritt bhala suggett tad-dwejjaq fl-iskejjel. Nixtieq li din il-mentalità titlaq ghal kollox minn mohh l-istudenti.
“Bit-tours tieghi qed nara li l-istorja ta’ Malta tinghata aktar hajja u fuq kollox ghandna nkunu kburin li ghandna dan kollu madwarna,” sahqet mieghi Charmaine.
Spjegatli wkoll li mhux l-ewwel darba li jkollha tours ibbukjati maghha minn turisti barranin. Koppja helwa li semmietli bhala ezempju huma minn Chicago fejn il-mara ghandha 49 sena u r-ragel 91 sena.
Kienu gew Malta bi ftehim ma’ Charmaine sabiex tkun il-gwida personali taghhom. “Niehu gost ghax apparti li niehu hsieb sal-inqas dettall ghalihom, nispicca wkoll habiba maghhom u meta jmorru lura pajjizhom jibqghu f’kuntatt kontinwu mieghi,” tbissmet tghidli Charmaine b’sens ta’ turija lejn il-vantaggi li fih ix-xoghol taghha.
Lejn l-ahhar tal-intervista, Charmaine sahqet mieghi fuq kemm huwa importanti li minn età zghira nitghallmu napprezzaw dak li ghandna f’Malta. Ghalhekk proprju holqot dawn it-tours specjalment ghall-Maltin, sabiex jitghallmu fuq postijiet li forsi normalment niehdu for granted. Il-kuncett tat-tours taghha huwa wiehed fejn min hu verament interessat li jitghallem aktar, jistghu jattendu anke bit-tfal u jqattghu hin bhala familja fejn fl-istess waqt ikunu qed jitghallmu xi haga gdida kull darba.
Fl-ahharnett Charmaine xtaqet theggeg aktar Maltin sabiex jemmnu fl-istorja u l-wirt kulturali ta’ pajjizna, u biex inehhu minn mohhhom l-idea li l-istorja ta’ pajjizna hija wahda monotona.
“Dejjem hemm x’wiehed jitghallem, anke jekk sempliciment persuna tolqotha sentenza partikolari dwar xi bicca storja. Nghid ukoll li gwida mhiex qieghda hemm ghall-barranin biss,” temmet tghidli Charmaine.
Recent Comments