Avventuruza, ribelluza u b’karriera twila

Lill-attrici SANDRA DAVIS hafna huma dawk li jarawha fuq it-televizjoni, tiehu sehem f’sensiliet varji. Is-sena l-ohra hadmet fuq progett ghac-cinema. RAMONA PORTELLI ltaqghet maghha.
Dawk li huma forsi aktar avvanzati fl-età, jiftakru l-bidu nett ta’ din l-attrici Maltija, fejn il-karriera taghha televiziva bdiet meta t-televizjoni lokali kien ghadu jintwera bla kulur. Qed nirreferi ghall-attrici veterana Sandra Davis.
Dan l-ahhar idderigiet kif ukoll hadmet parti ewlenija fil-film lokali ghac-cinema L-Iskorpjun. Snin ilu hadmet films ohra ghac-cinema lokali fosthom Angli – The Movie u Santa Monika – The Movie, apparti diversi teledrammi televizivi.
Iltqajt ma’ Sandra fil-kafeterija li generalment niltaqa’ mal-personalitijiet tieghi fiha f’Tas-Sliema. Kienet puntwali hafna fil-hin u mal-ewwel bdejt ninteressa ruhi fil-karriera twila taghha, kif ukoll sirt nafha b’mod aktar personali.
Sandra llum ghandha 51 sena, mizzewga, omm ta’ tifla ta’ tlettax-il sena u toqghod Ta’ Xbiex. Issostni mieghi li hija tip ta’ persuna li ma tiddejjaqx tghid kemm ghandha zmien. “Din l-istigma li specjalment hafna nisa jghattu l-età taghhom, iddejjaqni wisq. Nemmen li la qeghdin hemm hadd m’hu se jehodhomli,” bdiet tghidli Sandra, filwaqt li jiena qbilt maghha dwar dan.
Issostni li wiehed mill-passatempi li ghandha huwa l-gardening. “Fil-gnien inhoss certu energija pozittiva bhal qisu terapija biex nirrilassa. Inhobb naqra wkoll. Ghalkemm illum m’ghadnix nahdem, xorta nhossni mpenjata hafna. Fil-fatt apparti li niehu hsieb lill-familja tieghi, kif ukoll involuta fir-rectar, niehu hsieb ukoll lill-kelba taghna,” kompliet tghidli l-attrici li sa ftit zmien ilu kienet tahdem ma’ kumpannija Ingliza tal-ajru.
Avventuruza hafna
Sandra ddeskrivit lilha nnifisha mieghi bhala persuna avventuruza u ribelluza, tant li f’zghozitha ppruvat diversi avventuri bhal abseiling, down cliffs, rock climbing, power boating, hot air ballooning, u trapeze training. “Meta sirt omm, hassejt li kelli noqghod lura minn certu tip ta’ avventuri biex nghid hekk riskjuzi. Kollox ma’ kollox dak li ridt naghmel ghamiltu, allura nista’ nghid li miniex imxennqa,” tbissmet tghidli Sandra, ghalkemm ammettiet mieghi li minn dejjem xtaqet taghmel fire-walking, izda qatt ma gieha c-cans!!!
Fil-fatt sabiex tkun tista’ tattendi ghal diversi tipi ta’ avventuri varji, kienet issiehbet ma’ klabb l-Ingilterra meta kienet tghix hemm li kien jissejjah Special Programme of Initiative, Challenge & Excitement (SPICE).
Naqbad diskursata maghha b’certu nteress dwar il-bidu tal-karriera taghha fir-rectar. Fil-fatt qaltli li bdiet tirrecta minn mindu kellha 15-il sena. “Kienet l-ghalliema tal-PE tieghi li flimkien ma’ tfajla ohra kienet uzatna sabiex nidhru fuq slot tal-fitness fuq it-televizjoni. Wara dakinhar kien hemm persuna li b’xi mod ra potenzjal fijja u b’hekk avvicinani sabiex nidher waqt signature opening tal-programm Werqa. B’dan il-filmat televiziv riedu jaghtu messagg li l-mara tista’ tkun kuntenta f’kull irwol fid-dinja. Minn hemm ’il quddiem l-opportunitajiet ghalija qatt ma waqfu,” bdiet tghidli dwar il-bidu tal-karriera taghha Sandra.
Illum Sandra Davis stabbiliet ruhha bhala wahda mill-aqwa atturi veterani li ghandna f’pajjizna. Hadt il-kummenti taghha dwar dan il-fatt, u b’mod modest ghall-ahhar Sandra kkummentat, “In-nies iridu jghidu dan u mhux jiena. Hdimt hafna drabi partijiet ta’ persuna antipatka, però ma jfissirx li jien hekk. Meta nara li n-nies qed japprezzaw dak li nkun qed ninterpreta, allura jtini sodisfazzjon kbir. L-importanti ghalija li naghti pjacir lil haddiehor, almenu nispera,” sostniet Sandra bi tbissima.
Kienet tilghab loghob tas-subien
Tkellimt ma’ Sandra dwar it-tfulija taghha u b’sorpriza qaltli li aktar kienet tfittex li tilghab futbol mas-subien, milli bil-pupi. Ziedet tghidli li ghandha memorji sbieh tat-tfulija u llum temmen li tfulitha kienet wahda tajba u felici. “Illum it-tfal ghandhom kollox. Kompjuters, netbooks, mobiles, u loghob elettroniku, fost ohrajn. Ghal-kemm fi tfuliti ma kellnix dawn, u fil-fatt konna nilaghbu bix-xejn, inhoss li tfulitna kienet tajba u li ghexnieha aktar b’certu attenzjoni u innocenza,” stqarret mieghi Sandra.
Saret vegeterjana tant li specjalizzat fih
Irnexxieli niskopri xi haga ohra interessanti dwar Sandra. Fil-fatt b’wiccha minn quddiem issostni li ilha ghal dawn l-ahhar 27 sena vegetarjana, tant li anke akkwistat diploma f’tisjir vegetarjan fejn studjat fil-Vegetarian Society, fl-Ingilterra. B’hekk staqsejtha kif mil-lejl ghal nhar ma baqghetx tiekol laham. “Proprjament bdejt naqra naqra. Kont bdejt innaqqas il-laham ftit ftit minn hajti, tant li eventwalment beda jdejjaqni. Però ridt nitharreg aktar, specjalment fuq dak l-ikel gdid li kont ser nibqa’ niekol. Dak iz-zmien kont nghix l-Ingilterra u kien hemm din is-Socjetà vicin ta’ fejn kont nghix. Bdejt nattendi u bdejt nitghallem kif ghandi nikkombina l-ikel ghal aktar nutrijenti. Nghid ukoll li din kienet ghazla personali tieghi li nsir vegetarjana. Fil-fatt la r-ragel u l-anqas it-tifla m’huma bhali.
Inzid nghid ukoll li ma naghmel xejn biex inhajjar lil haddiehor jsir bhali. Nemmen li dik ghandha jkun ghazla ta’ dak li jkun. Qatt ma ghamilt kampanji kontra l-laham. Anzi nittollera li mhux kulhadd hekk, u b’hekk il-baqra tinbiegh kollha,” sostniet Sandra.
Ghal 23 sena shah, Sandra flimkien mar-ragel taghha li huwa Franciz, ghexithom l-Ingilterra. Staqsejtha x’gabha lura Malta. “Konna ilna nghidu li nixtiequ nigu lura Malta. Meta mbaghad it-tifla kellha erba’ snin, iddecidejna li nigu nissetiljaw Malta, anke minhabba li kienet ser tibda l-iskola, ma kienx ukoll ghaqli li noqghodu nibdlulha l-postijiet. Ovvjament ma jiddispjacini xejn li gejt lura nghix Malta, fuq kollox ghandi l-familja tieghi kollha hawn. Mhux hekk biss, talli kont ergajt bdejt ninvolvi ruhi fix-xena tar-rectar lokali,” qaltli Sandra.
L-Iskorpjun
Fl-ahharnett ma stajtx ma nsemmilix il-film ricenti li ddirigiet, kitbet u hadmet ghac-cinema lokali – L-Iskorpjun. Dan il-film kiseb l-appogg tal-Maltin, tant li bi hgarhom attendew ic-cinema biex jarawh.
“Ma ninsewx is-sagrificcju li jaghmlu l-atturi Maltin bl-involvimenti taghhom. Ma nistghux inqabblu film lokali ma’ ta’ barra. Izda nsostni nghid li ghalkemm Malta m’ghandna l-ebda budget, xorta ghandna certu livell ta’ kwalità kkomparat mal-Ewropa. Min imur jara produzzjoni lokali, ma jistax iqabblu ma’ film tal-livell ta’ Hollywood. Imma having said that, ahna l-Maltin mix-xejn naghmlu l-mirakli,” temmet tghidli sodisfatta Sandra Davis.
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Sliema.
Recent Comments