Ammiratur kbir tal-Beatles

Philip Pace ghandu kollezzjoni vasta ta’ affarijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-grupp leggendarju The Beatles. RAMONA PORTELLI ltaqghet mieghu.
Madwar id-dinja hawn hafna persuni li huma ammiraturi kbar ta’ xi kantanti jew gruppi. Il-persuna li ntervistajt illum, huwa ammiratur kbir tal-grupp The Beatles. Ghaddili l-kuntatt tieghu kollega tax-xoghol tieghi Nathal, li nzerta ltaqa’ mieghu wara hafna zmien u d-diskors waqa’ fuq il-passjoni li ghandu lejn dan il-grupp favorit tieghu, tant hu hekk ma setax ma jirrakomdahx mieghi ghall-intervista.
Ghamilt kuntatt ma’ Philip Pace li ilu jsewgi lill-Beatles sa mis-sena 1962 minn fuq ir-Rediffusion, dak iz-zmien grazzi ghal Victor Aquilina. Philip kompla jinfluwenza ruhu minn huh, Alex, meta dan beda jixtri d-diski tal-Beatles.
Peress li Philip kien digà beda jhobb it-tim tal-futbol, Liverpool FC (fl-ahhar tal-hamsinijiet), u kif ukoll il-Beatles li huma mill-istess belt allura nibdet din il-passjoni ghal dawn iz-zewg elementi (muzika u futbol).
Izda kellu jkun l-album ‘A Hard Day’s Night’ (1964) li gibdu totalment lejn dan il-grupp meta kellu biss disa’ snin biss.
Eventwalment kiber u beda jinteressa aktar ruhu dwar il-Beatles, tant li beda jaqra hafna dwarhom, sakemm John Lennon sar l-ewwel eroj ta’ Philip.
Tkellimt mieghu biex jaggornani u nsir naf aktar dwar dan il-passatemp tant ghal qalbu.
Jorganizza wirjiet dwar il-Beatles
“Meta nhares lejn il-kollezzjoni tieghi, inhoss nostalgija u memorji verament sbieh. Fl-istess waqt nara li hemm dizappunt kbir fil-muzika, ghall-fatt li f’dawn l-ahhar ghoxrin sena donnu hadd ma baqa’ konsistenti fl-opinjoni tieghi.
Din kienet hafna evidenti fis-snin sittin, sebghin u tmenin. Kont tista’ ssegwi grupp jew kantant li kien ikollok garanzija li ser ikollu karriera li ser iddum certu ammont ta’ snin. Illum, anzi dawn l-ahhar ghoxrin sena, kull ma jkun taparsi ‘gdid’ digà jsir ‘qadim’ u minsi l-ghada stess. Peress li naf li hemm barra hemm segwaci reqdin tal-Beatles, qed naghmel wirjiet biex iqumu minn din ir-raqda jew bruda. Izda rrid bilfors insemmi li f’din l-ahhar wirja ta’ Dicembru, kelli grupp ta’ ghaxar zghazagh addolexxenti li gew jaraw din il-wirja, b’interess kbir”, beda jghidli Philip Pace b’tant hegga u mhabba lejn il-Beatles.
B’interess lejn dan il-passatemp ta’ Philip, staqsejtu fejn izzomm il-kollezzjoni shiha tieghu. Infurmani li jzomm kollox id-dar, ghalkemm jixtieq jesebihom x’mkien, izda m’ghandux il-finanzi biex jaghmel dan.
“Tkun idea brillanti kieku xi hadd ghandu hanut tal-kafè, f’post centrali u ghandu spazju tajjeb biex jien inkun nista’ inwaqqaf muzew u nahdmu flimkien.
“Konvint li dan il-muzew ikun attraenti u varjat ghall-ahhar li jkun aktar tajjeb minn dak ta’ Liverpool stess, bid-differenza kbira li f’dan il-muzew tkun tista’ tinhass il-passjoni, tinstema’ l-muzika u informazzjoni cara bil-kelma fuq l-istorja tal-Beatles u tinghata attenzjoni personalizzata. Insomma ma tkunx wirja ohra passiva u mejta kif issoltu nassistu ghaliha, li tant tkun kwieta li l-hoss vojt jwegghalek widnejk. Tkun wirja totalment attiva u dinamika.
“Nixtieq inzid li l-kunsill lokali ta’ Liverpool ma ghenix affattu f’din il-wirja minhabba ragunijiet li ma nistax nifhem ghax tlabthom l-ghajnuna”, qalli dispjacut.
Kif kompla jispjegali Philip stess, huwa ma talabhomx flus, izda sempliciment posters u ritratti tal-monumenti ta’ John Lennon u tal-postijiet importanti gewwa Liverpool konnessi mal-Beatles, inkluz l-ajruport ta’ Liverpool, The John Lennon International Airport.
Mistoqsi dwar jekk il-pubbliku jistax jara l-kollezzjoni tieghu, jew jekk hijiex privata ghalih biss, Philip wegibni, “It-tnejn li huma. Kont qed nitkellem ma segwaci iehor tal-Beatles u konvint li hawn zewg tipi ta’ kollezzjonisti. L-ewwel tip bhali li nuri dak li ghandi u naqsam dak li naf ma’ haddiehor, u t-tieni tip il-kollezjonist egoist u ghajjur li jahbi dak li ghandu ghax ma jafdax u ma jkunx jrid jaqsam informazzjoni ma haddiehor. Kulhadd jista’ jarhom meta jkunu organizzati f’wirja.
“Jekk hemm xi Kunsil Lokali interessat li ser jorganizza xi wirja mhallta, jista’ jikkuntatjani halli jgib daqsxejn lura il-magija li ghandhom il-Beatles fil-belt jew rahal tieghu”.
Interessanti l-fatt li hekk kif staqsejtu dwar x’jixtieq li jsir minn din il-kollezzjoni tieghu, ix-xewqa tieghu kienet wahda evidenti li jixtieq li tintiret minn xi hadd bhalu b’tant passjoni u mhabba lejn il-Beatles.
“Ma tkunx idea tajba li meta mmut naghtihom lill-gvern tal-gurnata ghax l-esperjenza ghallmitni li m’hemmx nies kwalifikati, b’esperjenza, imhabba, passjoni u fl-ahhar u mhux l-inqas sfond sod f’dawn l-affarijiet u know-how konkret. Inhallihom lil xi hadd li ghandu l-istess ideal bhali”.
Minn kitarri zghar ghal bolol u twapet, fost ohrajn
Ta’ min jghid li l-kollezzjoni ta’ Philip hija wahda generali hafna.
Ghalih id-diski mhux daqshekk importanti, izda l-kotba serji u ta’ certu stoffa, informazzjoni ezatta u li taghmel sens, mudelli tal-McFarlane tal-Yellow Sub-marine (17 b’kollox); madwar 18 il-Yellow Submarine tal-Corgi bl-ewwel seba’ edizzjonijiet bil-kaxxa u l-ohrajn minghajr; settijiet kompluti ta’ cards tal-Beatles u l-Yellow Submarine, decoder tad-diski kollha; il-kitarri zghar tal-Beatles u ta’ John Lennon (xoghol impekkabli li jinkludi sa l-icken dettall bhall-isem tal-kitarra, kordi, amplifikazzjoni vox li kienet sinonima mal-Beatles (dettall bhal switches, volume controls, u inputs tal-jack plugs); is-sett tat-tnabar Ludwig ta’ Ringo Starr; arloggi, reel to reel taz-zmien is-sittinijiet; mono biex idoqq tapes tal-albums originali tal-Beatles; mono (kif inhu l-ahjar mezz biex tismaghhom); postcards, posters, nuccalijiet, prints specjali; ritratti importanti tal-hajja tant qasira tieghu; kopji tac-certifikati importanti ta’ John Lennon bhal dak tat-twelid taz-zwieg tieghu ma’ Yoko Ono f’Gibiltà u dak tal-mewt tieghu; kopja tat-testment tieghu u dokumenti ohra.
Ma jonqsux ukoll ritratti ta’ Philip stess waqt il-mawra tieghu gewwa Liverpool fejn zar il-postijiet marbuta mal-Beatles; mudell eccellenti tal-Beatles tac-ceramika tad-ditta famuza Ingliza Franklin; bolol, telecards, muniti kommemorattivi, album komplet Sgt Peppers u l-White Album li huwa wiehed mill-miljun li ghandu The Beatles embossed u n-numru pressat fil-cover komplet; tapit kbir ta’ John Lennon u hafna affarijiet ohra. Litteralment kollezzjoni vasta li m’hemmx prezz ghaliha!!!
Ta’ min jghid li matul is-sena li ghadha kif ghaddiet, Philip flimkien ma’ John Zammit organizzaw zewg wirjiet – wahda f’Ottubru biex ticcelebra s-sebghin sena mit-twelid ta’ John Lennon u l-ohra f’Dicembru li kien jisimha -A Legend Remembered. Zewg wirijiet li ntlaqghu sew kemm mill-Maltin u kemm mit-turisti li hallew kummenti sbieh fil-visitors book.
Fil-wirja ricenti dwar John Lennon – A Legend Remembered – li saret bejn il-5 u 8 ta’ Dicembru 2010, il-personalità maghrufa fil-kamp muzikali Maltija, Jon Lukas Woodenman ipprezenta lil Philip u lil John kopja fuq mp3 tad-demo tal-kanzunetta ta’ Buddy Holly ‘That’ll Be The Day’, li kienu ghamlu l-grupp Quarrymen u li wara saru l-famuzi Beatles fl-1958.
Fl-ahhar nett, Philip qal illi mill-10 sat-13 ta’ Frar li gej ser tittella’ wirja ohra fl-istess post jigifieri gewwa 60A, Triq Strada Stretta, il-Belt li din id-darba ser tkun ikkoncentrata fuq il-Pop u Rock Memorabilia – 1950s – 1980s.
Filwaqt li hemm ippjanata wirja ohra f’April, li se tittratta dwar il-gruppi u kantanti Maltin tas-snin sittin, sebghin u tmenin u f’Gunju wirja ohra dwar l-album fenominali – li huwa meqjus bhala l-aqwa album tas-seklu li ghadda, is-‘Sgt.Peppers Lonely Hearts Club Band’ li kien hareg fl-1 ta’ Gunju 1967.
Kulhadd huwa mistieden u d-dhul huwa b’xejn, ghalkemm donazzjonijiet jkunu milqugha halli jtaffu ftit mill-ispejjez li jirrikjedu wirjiet ta’ dan it-tip.
Recent Comments