Parir ta’ habib iwasslu biex jitlef 50 kilo – Ramona Portelli Blog

Parir ta’ habib iwasslu biex jitlef 50 kilo

Xi kultant kelma zejda taf twegga’, imma meta  kelma tintqal b’certu mod tista’ taghmel hafna gid. RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ RODERICK BORG li beda jaghti kas aktar ta’ sahhtu wara parir li nghata.

Id-determinazzjoni tirbah fuq  kollox!  Litteralment tidhol f’kollox.  Ahseb f’xi haga u jekk tkun tixtieqha li ssehh, din ghandha tkun possibbli jekk dejjem ikun hemm determinazzjoni shiha.  Niehu minni nnifsi stess, qatt ma bsart li xi darba ser ikolli difrejja ta’ jdejja twal u puliti.  Kellha tkun cirkustanza materjali fil-hajja tieghi li hajjritni sabiex mil-lejl ghan-nhar nibda ntawwal difrejja, u fi zmien qasir din ix-xewqa saret realtà u ghadni ngawdi minnha sal-lum.

Fil-kaz tal-personalità li ntervistajt illum, Roderick Borg kien persuna qawwija fejn kien jizen 130 kilos.  Illum il-gurnata qed jizen 90 kilos!!  Mhux hekk biss, talli dan ghamlu f’perijodu ta’ inqas minn sena.  Fil-fatt, illum Roderick ilu bil-figura gdida tieghu ghal din l-ahhar sena.  Mhux hekk biss, talli llum Roderick ihossu persuna gdida – ’l boghod minn xi mard konness ma’ hxuna zejda u anke bhala karattru – jhossu aktar out-going, flok maghluq fih innifsu.

“Dak konna waqt kampanja tal-elezzjoni ta’ wiehed mill-kandidati tal-MEP u darba minnhom kien gibidli l-attenzjoni billi qalli li ghadni zghir u li minix ikrah u allura jkun ahjar kienu nirqaq naqra.  Insomma biex ma ntawwalx dejjem nigri mieghu u naqqast hafna mill-ikel.  Niftakarni kont qattajt zmien gas down niehu r-ritratti, nitla’ turgien, insomma kullimkien bil-giri.

Qabel konna nibdew il-home visits kont naghmel siegha treadmill u naqra dumbles u bqajt inzommha.  Tajjeb li nghid li wahda mill-ghajnuniet mentali li kelli kienet li kien hemm habib tieghi li kont nghidlu li mhix narani nonqos u qalli ‘taghtix kaz’; qalli ‘dak wara tlett xhur tarak tonqos’.  U veru hekk kien.  Issa gejt 90 kilos.  Onestament veru mhux nithanzer, imma m’ghandnix immur nimxi u dak dnub mejjet ghax l-ikel u xorb trid thaddmu, u minn hawn inheggeg in-nies kemm hu importanti l-ezercizzju fiziku,” beda jirrakkontali Roderick.

Roderick ghad ghandu 28 sena. Joqghod Birzebbuga u bhalissa qed jattendi ghall-kors tal-kompjuter bhala student full-time.  Barra minn hekk ghandu ghal qalbu hafna l-muzika, tant li llum il-gurnata jipprezenta programm fuq ONE Radio. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala guvni kalm u li jadatta ruhu hafna ghal man-nies.

Qatt ma attenda gym

“Kont kuljum nimxi, naqqast hafna mill-ikel, naghmel it-treadmill mid-dar stess, u qtajt il-hobz u ikel li jsir mill-qali.  Illum iffukajt hafna fuq haxix u ikel healthy iehor.  Illum li rnexxili nonqos, minix nghid li gejt iffissat, izda nghid li qieghed tajjeb u kif nixtieq.  Nipprova nzomm ma’ dieta Mediterranja,” wegibni Roderick, hekk kif staqsejtu dwar il-metodu li uza u li ghadu juza sabiex seta’ jonqos dawk il-kilos kollha.

Dwar kemm kien difficli jew mhux li kellu jirsisti u jahdem sabiex jirqaq, Roderick ikkumenta li kien zmien difficli, u li fil-fatt ghadu ghaddej minn zmien difficli sabiex almenu jzomm il-piz li rnexxielu jakkwista issa.  “Minkejja t-tentazzjoni li hawn b’diversi ikel, qed noqghod attent, u nipprova niccaqlaq kemm jista’ jkun billi naghmel l-ezercizzju fiziku meta nsib il-hin.”

Fil-bidu tal-intervista, Rod-erick qalli li l-mixi ghalih huwa importanti u fl-istess hin jikkunsidrah bhala dnub mejjet jekk ma jmurx jimxi.  Fl-istess waqt, iheggeg lin-nies sabiex jaghmlu ezercizzju fiziku.  Fi kliemu, “Il-hajja tant hija stressanti li bil-mixi narani li ghal certu mument ninsa l-problemi u tensjoni u naqta’ mir-rutina.  B’hekk nirrakomanda biex dak li jkun ihalli spazju fil-gimgha ghall-mixi”.

Dwar kif ihares lejn il-passat tieghu, Roderick spjegali li naturalment jara kambjament kbir.  “Nixtieq kambjament aqwa, izda kollox ma’ kollox inhossni sodisfatt.  Kultant inhares lejn ir-ritratti, u nistaqsi lili nnifsi kif jista’ jkun qatt kont dak li qed inhares lejh fir-ritratti!!” tbissem jghidli Roderick.

Tbatija tal-passat

Staqsejt ukoll lil Roderick, jekk kienx hemm xi zmien li kien ihossu inferjuri jew forsi esperjenza xi tip ta’ tbatija minhabba li kien qawwi.

“Il-hbieb tieghi dejjem imxew mieghi tajjeb sew qabel u anke issa.

“Li kont inbati u ninnota differenzi lejja kien meta kont immur Paceville.  Kont ninnota li ghax it-tfajliet kienu jarawni persuna overweight, allura ma kienux iharsu lejja.  Anke fi zmien l-iskola sekondarja, fil-lezzjoni tal-PE kont ninnota li waqt loghba futbol kienu jwarrbuni jew inkella jpogguni goaler, tipo biex juzawni.  Inhoss li ghal xi zmien in-nies kienu jkissruni,” stqarr mieghi Roderick.

Iffissat fuq ir-radju

Minn ckunitu, Roderick fissirli li ma jimmaginax ruhu jorqod minghajr radju ghaddej.  Issa ilu ghal din l-ahhar sena jahdem ma’ ONE Radio bhala deejay, fejn ta’ kull nhar ta’ Gimgha filghodu kmieni bejn 2am – 4am jipprezenta programm tad-diski fejn il-muzika jvarjaha mis-snin sittin, sebghin, tmenin u anke gieli muzika tal-mument.

“Qabel ma’ dhalt ma’ ONE Radio kont involut u ndoqq ma’ diversi radjijiet lokali ohra fosthom anke radjijiet tal-komunità.

“Nista’ nghid li bdejt b’cikka, u llum ninsab kuntent li wasalt sa fejn ninsab bhalissa,” sostna Roderick.

Finalment stedintu jwassal messagg lill-qarrejja tal-KullHadd.

“Nappella sabiex dak li jkun jara li jilhaq l-objettivi tieghu u kulhadd ihares lejn il-hajja ‘l quddiem. Nghid ukoll li wiehed ghandu jimla hajtu sabiex ma tkunx monotona, u b’hekk allura l-hajja tkun bhal CD li dejjem taghqad u ddur,” temm jghidli sodisfatt b’dak li rnexxielu jikseb illum il-gurnata Roderick.

Scroll to top