L-importanza tar-ricerka u qari fl-arti
“Artist ma jkunx artist jekk sempliciment jaqbad pinzell u jibda jpingi.” Hekk sostna ANTONIO MIFSUD ma’ RAMONA PORTELLI f’intervista li ghamlitlu. Jghid li f’Malta hawn min ihobb jikkopja f’dik li hija arti, izda l-aqwa haga biex artist jibqa’ aggornat ma’ dak li hu ghaddej, huwa permezz tal-qari u r-ricerka.
Il-personalità li tkellimt mieghu llum ma fittxejtux jiena, izda sabni hu. Hadt gost li avvicinani hu, u ghalkemm kien ilu x-xhur li kkuntattjani, kont weghdtu li niltaqghu u nitkellmu dwar il-hajja artistika tieghu. Habat tajjeb li fi zmien qarib hafna ser ikun qed itella’ esebizzjoni bix-xoghol tieghu, u allura kien zmien adattat ferm sabiex niltaqghu u niddiskutu ftit minn kollox.
Qed nitkellem dwar l-artist Antonio Mifsud. Ghandu 33 sena, mizzewweg u ghandu zewg subien. Joghqod l-Imqabba. Il-qari huwa wiehed mill-passatempi tieghu. Permezz tal-qari jaghmel certa ricerka fuq xoghol konness mal-arti stess.
“Ix-xoghol dekorattiv u sagru jinvolvi hafna ricerka, anzi importanti hafna ghax il-messagg trid twasslu bl-ezatt. Illum issib hafna artisti li ghandhom it-talenti, izda uhud minnhom jispiccaw jikkupjaw. B’hekk ir-ricerka u l-qari importanti hafna f’dan il-qasam, sabiex dejjem johrog kuncett gdid,” beda jispjegali Antonio fil-bidu ta’ din l-intervista.
Huwa jhobb iqabbel lilu nnifsu ma’ vulkan, ghaliex ma tantx jikkunsidra lilu nnifsu bhala bniedem kalm. Jiddejjaq meta jibqa’ fl-istess ambjent ghal certu tul ta’ hin, u bilqeghda hafna ma jissapportix. Izda haga tal-iskantament bl-arti jinbidel dan kollu u jsir bniedem kalm, specjalment waqt li jkun qed jahdem it-tafal.
Hajjet Antonio hija prattikament tizwieqa bejn zewg professjonijiet, dik medika u dik artistika. Dan ghaliex Antonio jahdem bhala staff nurse mal-Cardiac Intensive Care Unit, u fil-hin liberu tieghu jew fil-hin tieghu wara x-xoghol jahdem l-arti. “Minn 14-il sena ilu, bdejt nistudja l-arti b’mod professjonali mal-iskultur Alfred Camilleri Cauchi. Mieghu nista’ nghid li tghallimt hafna, specjalment bis-sistema antika li naraha hija tant prattikabbli,” kompla jghidli Antonio li jippreferi l-aktar l-arti sagra.
Niddiskuti mieghu certu timbru personali li beda jgorr mieghu dan l-ahhar. Fil-fatt gharrafni li qed jikkombina l-arti sagra ma’ dik astratta flimkien u b’hekk johrog rizultat ta’ arti finali li tkun tikkonsisti fi skultura u pittura flimkien. Din hija prattika tajba li Antonio qed isibha tajba hafna sabiex fuq kollox ma jistagnax u jkollu varjazzjoni ta’ xoghol.
Sacred Spaces
Ingib id-diskors mieghu dwar l-esebizzjoni li daqt ser tiftah ghall-pubbliku. Jinfurmani li din ser tkun kontinwazzjoni mal-esebizzjoni li saret qabilha, lura ghas-sena 2008. Din is-sena ser iggib l-isem ta’ Sacred Spaces. Ghalkemm it-titlu jindika li ser tkun arti sagra, però ser ikollha wkoll element ta’ filosofija li ser tkun mibnija fuq ricerka u certu teologija mehuda minn fuq il-Bibbja.
Fi kliem iehor ser tkun esebizzjoni ta’ natura religjuza li jdahhal lil dak li jkun fl-ispirtu. Ghal dawk li forsi ma tantx japprezzaw l-arti sagra, din l-esebizzjoni ser tkun tinkludi xi arti astratta. B’hekk l-artist ipprova jghaqqad dawn l-elementi kollha sabiex jolqot diversi generi ta’ udjenza. L-importanti ghal Antonio li dejjem jispikka l-element Mediterranju.
Sacred Spaces se tittella’ fil-Berga tal-Italja, fil-Belt Valletta bejn 22 ta’ Settembru u 15 ta’ Ottubru. Ser tkun ukoll parti minn Notte Bianca ta’ din is-sena stess.
Esperjenza li Antonio zgur ma jinsa qatt hija meta s-sena li ghaddiet irrapprezenta lil Malta f’esebizzjoni fi Brussell u kklassifika fit-tieni post fl-iskultura sagra. B’kollox kien hemm ‘il fuq minn 300 artist jiehdu sehem, u Antonio rnexxielu jibqa’ sal-ahhar u finalment akkwista t-tieni post.
Naqbad nitkellem ma’ Antonio dwar il-process twil ta’ taghlim, informazzjoni u esperjenza sabiex wiehed jista’ jibda jsejjah lilu nnifsu artist. Fil-fatt Antonio jghidli li sabiex wiehed jitghallem bil-pacenzja kollha l-istudju li jinvolvi fih l-arti, trid tkun xi haga fil-fond u l-qiegh tal-persuna.
“Waqt li kont nitghallem, rajt hafna persuni jibdew u jieqfu ghax jaqtghu qalbhom, jew ghax jahsbu li hija linja facli. Nemmen li biex tasal fejn trid, artist irid jesperjenza kull nitfa xoghol. Artist ma jkunx artist jekk sempliciment jaqbad pinzell u jibda jpingi. Irid jesperjenza affarijiet ohra bhal jixkatla, ikejjel dimensjonijiet, u fuq kollox irid jiddiskuti ma’ min jifhem aktar minnu. Ma jonqsux ukoll ir-ricerka u l-qari.”
Ma jibzax mill-kompetizzjoni
Ilkoll konxji li f’naqra ta’ gzira ckejkna hawn diversi artisti, u naturalment il-kompetizzjoni tkun akbar bejn l-istess artisti. B’hekk iddiskutejt dan il-fatt ma’ Antonio, u ma tantx deher punt inkwetanti wisq ghalih.
“Guzeppi CalG kien jghid li x-xoghol jitkellem wahdu, u kien jghid sew fl-opinjoni tieghi. Dak iz-zmien CalG stess kellu kompetizzjoni minn artisti ohra, u xorta wahda baqa’ jigi kkunsidrat bhala wiehed mill-aqwa artisti.
“B’hekk ma tantx ninkwieta, ghax diment li x-xoghol ikun serju minnu nnifsu, allura haddiehor ser jemmen fih,” sostna mieghi Antonio.
Jekk xi whud jahsbu li artist facilment jaqbad u jtella’ esebizzjoni meta jixtieq jew jidhirlu, kkonfermajt li dan mhu xejn facli jew li jsir mil-lum ghal ghada. Jirrikjedi hafna hsieb, hin, flus, spazju, atmosfera u diversi affarijiet ohra.
“Biss nghid li s-sagrificcju u l-hin iddedikat qabel kull esebizzjoni jista’ jaghti hafna frott. Anke jekk minn elf ruh li jattendu, ikun hemm persuna wahda biss li tiehu interess qawwi u forsi anke tixtri xi arti, nghid almenu l-esebizzjoni ma saritx ghalxejn. L-arti trid thossha ghax din tirrifletti fix-xoghol tieghek stess.”
Lejn l-ahhar tal-intervista Antonio qalli li jixtieq jara aktar taghlim u hegga fl-iskejjel ghat-taghlim tal-arti mill-istudenti. “Nixtieq li jizdied l-awareness fl-arti fl-iskejjel. Ghandu wkoll jibda jinghata aktar taghrif dwar artisti Maltin.
“Nixtieq ukoll li f’Malta jkollna muzew tal-arti kontemporanja. Nemmen li kieku l-kummerc lokali jizdied bil-bosta.”
Finalment tkellimt ma’ Antonio dwar xi pjanijiet futuri ghandu mhejjija, jew almenu qed jippjana li jsehhu.
“Biz-zmien nippjana aktar esebizzjonijiet, u naf li ser ikolli xi xoghol u progetti godda jistennewni,” temm jghidli sodisfatt Antonio b’dak li ghamel s’issa u li ghadu gej.
Recent Comments