Il-muzika nhobbha ghax inhobbha mhux ghall-popolarità
Dejjem ghedt li t-talenti lokali qed jizdiedu. Hemm min jidher hafna u hemm min ma jispikkax wisq. L-intervista tieghi tal-lum hija propju dwar talent li ghal Malta ghadu ma tantx qed jissemma. Izda ma jfissirx li mhux qed jaghmel hoss barra minn xtutna. Qed nirreferi ghal K1nkMuzik.
K1nkMuzik hija produzzjoni muzikali ffurmata minn zewg persuni. Ilhom li nghaqdu bhala K1nkMuzik mis-sena l-ohra ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ produzzjonijiet, però l-muzika taghhom kienet ilha ghaddejja matul dawn l-ahhar ghaxar snin.
Iltqajt u tkellimt ma’ wiehed minnhom – Brad Bartolo Frendo, li kif qalli hu stess riedu johorgu fil-pubbliku bit-tajjeb mal-ewwel u ghalhekk dawn il-hafna snin ta’ hidma minn wara l-kwinti.
Brad ghad ghandu biss ghoxrin sena, jghix in-Naxxar u hajtu hija mdawwra ma’ dak kollu konness ma’ muzika. Promozzjonijiet, produzzjonijiet u kull xoghol iehor li ghandu x’jaqsam ma’ muzika. Mhux hekk biss, talli Brad inzerta n-namrat tal-kantanta lokali Thea Saliba.
B’hekk litteralment hajtu ddur mal-muzika minn filghodu sa filghaxija!!!
Brad jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna kalm, ferriehi u li ma jfittix hafna attenzjoni. Fil-prezent impenjat jipproduci muzika gdida u anke qed ilestu studio gdid sabiex ikunu jistghu jahdmu ahjar.
Fil-bidu kien jipproduci muzika progressive u house, izda llum aktar qed jiffoka fuq muzika trance u house progressiva.
Kif ghedt fil-bidu, K1nk hija ffurmata minn persuna ohra apparti Brad.
“Inkun qed nonqos jekk ma nsemmix ix-xoghol siewi tal-persuna l-ohra mieghi, ghalkemm jippreferi li jibqa’ mistur.”
Bdew minn barra minn Malta
K1nk, ghall-kuntrarju ta’ diversi kantanti u produzzjonijiet lokali, bdiet propju ssemma lehinha barra minn Malta. Fil-fatt il-produzzjonijiet taghha bdew jinferxu madwar il-Germanja, Grecja, Cipru, u dan l-ahhar anke fl-Izvezja u l-Olanda.
Mistoqsi ghaliex bhala produzzjoni lokali, K1nk ma bdietx il-bazi taghha minn Malta, Brad wegibni, “Personalment hassejt li jekk nohrog il-muzika tieghi Malta ma kienet ser taghmel l-ebda differenza. Illum naf li ghamilt zball li ma bdejtx minn Malta u allura b’hekk dan l-ahhar bdejt niffoka aktar fuq Malta. Mhux hekk biss, izda dan l-ahhar kont qed nigi kkritikat mir-record label tieghi stess li jmissni nibda naghmel hoss f’pajjizi stess, u allura kkunsidrajtha aktar. Apparti minn hekk minix xi wiehed li l-popolarità taghmel bija. Il-muzika nhobbha ghax inhobbha u mhux ghall-popolarità,” sahaq mieghi Brad.
Ridt inkun naf id-differenza bejn muzika li tinstema’ barra minn Malta, u dik li tinstema’ Malta stess. “Malta ma tantx hawn fejn timrah. Barra minn Malta, is-suq huwa akbar. Anke r-rizorsi u t-talenti huma bil-bosta, u allura hemm fejn wiehed jista’ jiftah aktar.”
Iffirmaw ma’ record labels kbar
Bhala produzzjoni muzikali, K1nk iffirmaw ma’ diversi record labels popolari mxerrda madwar id-dinja. Fosthom insemmi Toolbar Records tal-Germanja, LAD Publishing tal-Portugall, Armada Music u Blackhole Recordings, li huma il-labels ta’ Armin Van Buuren u Tiesto rispettivament.
Ricentament, K1nk ghadhom kemm hargu zewg releases, wahda f’Lulju li ghadda u l-ohra fil-bidu ta’ Ottubru. Dawn kienu Eclipse – Beltek (K1nk’s lunar mix) u Shine – Julie Thompson (K1nk’s remix). Is-sena l-ohra kellhom hames releases, b’wahda minnhom mal-mahbuba tieghu stess. Din kienet Set You Free – LL (K1nk feat. Thea) li kienet harget lejn il-bidu ta’ Jannar li ghadda.
Bhala progetti futuri, fi kliem Brad stess stqarr mieghi li jixtiequ aktar kollaborazzjonijiet ma’ artisti kbar, u li johorgu d-diski originali taghhom.
“Is-sena d-diehla ghandu jkollna l-ewwel album taghna u qed nahdmu wkoll ghall- preparazzjoni ta’ podcast. Qedghin ukoll fil-process li nibnu l-istudio taghna wkoll. Dan l-istudio ser ikun attrezzat bl-ahjar apparat u teknologija u apparti li ser ikun iservi lilna ghall-produzzjoni taghna u artisti barranin, ser nibdew noffru ukoll servizzi ghall-Maltin biex nghinuhom fil-karriera taghhom hawn Malta stess, kif ukoll intuhom kuntatti u exposure sabiex jizvolgu t-talent taghhom kif vera jishoq lil din il-gzira ta’ Malta,” temm jghidli Brad.
Dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar aggornamenti ta’ K1nk jistghu jidhlu fuq is-sit elettroniku taghhom www.k1nkmuzik.com, jew permezz ta’ facebook : www.facebook.com/k1nkmuzik
Recent Comments