Tiddejjaq izzomm rikordji tal-passat u tal-ivjaggar – Ramona Portelli Blog

Tiddejjaq izzomm rikordji tal-passat u tal-ivjaggar

Ghadha kif ghalqet 44 sena u nsistit mieghi li hija Skorpjuna ta’ vera.  Propja hija minn Haz-Zebbug.  Tammetti li harget tixbah lil missierha ghall-fatt li t-tnejn li huma jhobbu jparlaw.  Qed nirreferi ghall-prezentattrici Antonella Vassallo.

Iltqajt maghha Tas-Sliema fejn kienet ghadha gejja minn laqgha li organizzat lill-partecipanti tal-programm taghha fuq ONE TV – The Kilo Challenge.

“Inhobb insiefer ta’ spiss u anke nsajjar.  Nikkunsidrani bhala persuna friendly, bubbly u storbjuza.  Napprezza hafna l-arti u l-opri”, bdiet tghidli dwarha Antonella, hekk kif bhal donnu kklikkjajna mal-ewwel flimkien.

Kompliet ittini stampa aktar cara taghha nnifisha billi nfurmatni li hija tip ta’ persuna li dejjem tahseb, u kultant anke b’mod profond.  “Fil-fatt dejjem nghid li kieku ma bdejx karriera televiziva, kont jew nahdem bhala psikologa jew CID.  Inhobb ukoll li nigi trattata daqs haddiehor, mhux ghax nidher fuq it-televizjoni ha noqghod niehu xi tip ta’ vantagg,” kompliet tistqarr mieghi.

Ziedet tghidli li thossha tikklikkja l-aktar ma’ persuni izghar minnha fl-età.  Tammira hafna lill-kantanta Madonna ghax taraha artista ta’ vera u ghall-fatt li tbiddel l-istili taghha maz-zmien.  Kollox ma’ kollox, Antonella qatt ma nsiet il-bazi taghha – dik li gejja minn familja Zebbuggija normali ghall-ahhar u tradizzjonali.

Qatt ma tiehu ritratti

Immaginajt li min jaf kemm ghandha ritratti tas-safar taghha, izda b’sorpriza ghalija, Antonella qaltli li ma thobbx izzomm rikordji.  Mitluba telabora aktar dwar dan, spjegatli, “Ritratti qatt ma nzomm ghall-fatt li ma nhobbx inzomm memorji tal-passat.  Jien persuna li nghix il-mument.  Meta nsiefer qatt ma niehu kamera tar-ritratti, propjament l-anqas ghandi wahda,” stqarret mieghi Antonella, filwaqt li sostniet li tiddejjaq tixxennaq lejn memorji tal-passat.

The Kilo Challenge

Ridt inkun naf aktar dwar il-programm taghha li qed jixxandar minn din l-iskeda gdida ta’ ONE TV.  “The Kilo Challenge huwa programm bi sfida bejn il-partecipanti sabiex jaghrfu jghixu u jieklu ahjar, ghall-hajja ovvjament aktar ahjar.  Qabel kont digà ghamilt programm simili, tant li kien baqa’ jissemma, li hafna baqghu jghiduli bih.  Tant rajt li ghamel impatt mat-telespettaturi li nsistejt ghal iehor.  Ninnota li n-nies ihobbu jsegwu feelings u diskussjonijiet ta’ haddiehor.  Apparti hekk nemmen li wara kull persuna qawwija jkun hemm xi tip ta’ problema warajha.  B’hekk bil-programm qed noffri l-ghajnuna u sfida mehtiega bejnithom il-partecipanti”.

The Kilo Challenge jixxandar kull nhar ta’ Hadd fuq ONE TV fit-8.40pm, b’ripetizzjoni tard is-Sibt filghaxija.

Kienet tkanta!!

Forsi huma ftit jew hafna dawk li jiftakru lil Antonella tkanta.  Tlabtha tirrakkontali ftit dwar dan il-passat taghha.  “Ilu hafna kont inkanta.  Ili li waqaft, però ma waqaftx milli nsegwi l-muzika.  Nixtieq hafna li f’Malta jkun hawn xi tip ta’ performing art school.  Nghid ukoll opinjoni dwar il-Eurovision li l-holma tieghi hija li xi darba Malta ttella’ band shiha sabiex tirrapprezenta lil Malta.  Nemmen li din tista’ tmexxina ‘l quddiem,” qaltli Antonella.

Staqsejt lil Antonella, kemm hi personali hija konxja ta’ sahhitha u l-persuna taghha.  Fil-fatt wiegbet li hija ffissata hafna, però qatt ma taf li ghamlet dieti stretti, u l-anqas qatt ma qaghdet lura minn xi tazza nbid li tant thobb.  “L-inbid nibqa’ nhobbu, ghalkemm naf inpatti ghalih billi nixrob l-ilma wkoll,” tbissmet tghidli Antonella, filwaqt li stajt nikkonferma dan ghax propju fuq il-mejda li konna kellha ezattament tazza nbid bajda u tazza ilma.

Mill-esperjenzi taghha li tisma’ u tara mill-programm, staqsejt lil Antonella tghidli fl-opinjoni taghha x’inhi l-aktar problema li tara fil-Maltin b’konnessjoni ma’ hxuna zejda.

“Il-problema li nara ezatta hija mhux fil-persuni, izda fit-tip ta’ ambjent li qed jghixu fih.  Hija haga ovvja li xi haga tajba hija l-aktar li fiha kaloriji.  Nemmen li ghad hawn bzonn ta’ aktar taghlim.”

Fuq l-istess nota staqsejt ukoll lil Antonella xi jkunu l-ewwel kliem li jiguha f’mohhha hekk kif tilmah persuna qawwija hdejha jew quddiemha.  Fil-fatt bla tlaqliq ta’ xejn, Antonella pronta pronta wegbitni, “Kemm nixtieq nghinha!!  Appuntu wkoll ghalhekk, bdejt il-programm tieghi The Kilo Challenge, sabiex inkun nista’ nghin persuni determinati li jonqsu u li forsi ghalkemm qabel xtaqu, kienu jarawha bhala problema finanzjarja.”

Ridt inkun naf kif tkun gurnata tipika ta’ Antonella.  Bil-precizjoni kollha qaghdet tghidli pass pass ir-rutina taghha bejn wiehed u iehor kif tkun.  “Normalment inqum fis-sitta ta’ filghodu, però naghmel xi kwarta sakemm nigi f’tieghi.

X’hin inqum nixrob ftit ilma, u nipprepara ruhi ghal siegha training mal-personal trainer tieghi.  Wara t-training ikun sar il-hin sabiex inmur ix-xoghol.  Ta’ kuljum inhobb nippjana l-iskeda tieghi tal-ghada biex hekk inkun mohhni mistrieha.  Filghaxija nhobb inqatta’ xi ftit hin ghall-kwiet ghalija d-dar ‘l boghod mit-telefon u mill-internet”.

Fl-ahharnett stedintha tghaddi messagg lill-qarrejja tal-KullHadd.  Bi tbissima l-messagg taghha kien jghid hekk, “Live and let live”, kien l-uniku messagg li qasmet mal-qarrejja Antonella, izda li fih hafna x’wiehed jomghod!!!

Din l-intervista saret f’‘The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Sliema.

Scroll to top