Tamiet godda gejjin mill-kurdun ta’ tarbija gdida – Ramona Portelli Blog

Tamiet godda gejjin mill-kurdun ta’ tarbija gdida

Ir-ricerka fil-qasam tas-sahha dejjem twasslilna ahbarijiet pozittivi u inovattivi, bit-tama li jinstabu soluzzjonijiet ghal diversi mard jew kondizzjonijiet. DR RENALD BLUNDELL huwa konsulent fil-qasam tal-istem cells, metodu innovattiv biex fil-futur qarib jinstabu tamiet godda fil-qasam tas-sahha. RAMONA PORTELLI tkellmet mieghu dwar din is-sejba, u x’futur jistghu joffru dawn l-istem cells. 

Meta titwieled tarbija, il-kurdun taghha li jkun ilu jaghti l-hajja u jitma lit-tarbija, ghal disa’ xhur shah jintrema.  Ftit huma dawk li jafu li dan il-kurdun stess fih numru ta’ celloli specjalizzati li jissejhu stem cells u li dawn ic-celloli minnhom infushom jekk jigu mahzuna jistghu jsalvaw il-hajja kemm tat-tarbija stess, kif ukoll ta’ persuni li jkunu kompatibbli ma’ dawn ic-celloli.

Interessajt ruhi sew f’din ix-xjenza u b’hekk ikkuntattjajt u ltqajt ma’ Dr Renald Blundell sabiex jghaddili aktar informazzjoni, li ninsab konvinta li fil-futur qarib tista’ ssalva aktar persuni minn xi mard u li tant qed ikidd hafna nies.

Dr Renald Blundell, li huwa konsulent fil-qasam tal-istem cells kellimni dwar is-servizzi li joffri lill-genituri  dwar il-possibiltà li jzommu dawn ic-celloli f’funzjoni multipla li tant huma unici u ta’ importanza kbira. 

Decizjoni ghaqlija qabel ma titwieled tarbija

Fil-fatt Dr Blundell beda jispjegali li d-demm tal-kurdun f’Malta ilu jigi mahzun ghal dawn l-ahhar hames snin.  “Hafna mill-Maltin li specjalment ikunu qed jistennew tarbija gejja, jafu b’dan ir-rizors naturali ta’ stem cells u jfittxu aktar informazzjoni fuqu, u diversi pazjenti jiddeciedu li jahznu dawn ic-celloli.”

Minn ftit gimghat ilu, f’Malta, beda jigi offrut is-servizz li barra d-demm tal-kurdun, anke bicca mill-kurdun stess tigi mahzuna.  Mitlub jispjegali ezattament kif timxi din il-procedura, Dr Blundell wegibni, “il-procedura hija semplici u l-omm li tkun qed tistenna t-tarbija jew biex nghid hekk il-mara tqila tinghata l-kit qabel twelled u waqt il-hlas it-tabib, midwife jew gynaecologist izomm madwar sitta sa ghaxra centimetri ta’ dan il-kurdun”.

Kompli jispjegali li l-kurdun fih numru ta’ celloli li jissejhu mesenchymal cells.  “Dawn ic-celloli huma tip ta’ celloli semi-specjalizzati, jipproducu hafna growth factors kif ukoll sustanzi ohra biex ic-celloli jfaqqsu u jimmultiplikaw ahjar. B’hekk f’kaz ta’ terapija meta dawn it-tip ta’ celloli jigu mhallta ma’ stem cells li jittiehdu mid-demm tal-kurdun, jigifieri CD34+ cells, ir-rizultat ta’ fejqan ikun ferm aktar ahjar.”

Dr Blundell sahaq mieghi li din hija opportunità unika biex wiehed izomm dawn it-tip ta’ celloli li aktar tard fil-hajja jistghu jintuzaw biex isalvaw hajja ta’ bniedem.  “Huwa importanti li dawk li jkunu qed jistennew xi tarbija jiccekjaw u jaqraw aktar fuq dan is-sors ta’ celloli daqshekk importanti u jikkunsidraw serjament li jahznuhom,” zied jghidli entuzjast dwar dan l-esperiment.

Esperimenta fuq it-tifla tieghu stess

Ta’ min jghid li Dr Blundell huwa wiehed mill-ftit xjentisti madwar id-dinja li hadem direttament fuq dawn it-tip ta’ celloli u ghalkemm dan is-servizz ghadu kif beda jigi offrut minn Malta, huwa kien hazen dawn it-tip ta’ celloli f’Settembru tas-sena 2007 meta kienet twieldet it-tifla tieghu Cayleen.

Dr Blundell jirrapprezenta l-akbar kumpannija fl-Ewropa ta’ stem cells.  Ic-celloli jigu mahzuna ghal ghoxrin sena u jinzammu  f’temperatura ta’ -1960C jigifieri fil-vapour phase ta’ liquid nitrogen.  Din il-kumpannija s’issa zammet aktar minn 140,000 kampjun minn madwar l-Ewropa.  Hija rraprezentata f’36 pajjizi differenti u ghandha laboratorji state of the art fil-Belgjum, Germanja u United Arab Emirates.

Il-kumpannija li jirrapprezenta Dr. Blundell hija wahda mill-Founding Members tal-ITERA (International Tissue Engineering Resaearch Association) li huwa forum ta’ xjentisti u ricerkaturi li l-ghan principali taghhom huwa li jistudjaw ic-celloli kif ukoll metodu differenti kif dawn ic-celloli jistghu jintuzaw ghall-kura.

Din il-kumpannija giet wkoll moghtija fondi mill-Unjoni Ewropea fi progett li jissejjah CRYSTAL li fih gew zviluppati teknici godda ta’ cyro preservation jigifieri ta’ kif celloli u tissues differenti jistghu jigu priservati biex finalment jigu wzati fuq pazjenti ghal trattament.

“Hemm numru ta’ trattamenti li jistghu jintuzaw ghal diversi mard  fosthom diabete, multiple sclerosis, lymphoma, leukemia, Alzheimer’s disease, celebral palsy u spinal cord injury.  Dawn it-trattamenti nistghu nghidu li ghadhom fuq bazi esperimentali, imma diversi pazjenti digà qed juzaw din it-tip ta’ teknologija ghal trattment u digà qed jaraw  progress u beneficcju,” sostna Dr Blundell.

Futur ghaqli ghal kulhadd

Fl-opinjoni tieghu Dr Blundell jghid li din it-tip ta’ teknologija hija l-futur ta’ kif ghandna nharsu lejn il-bazi tal-mard biex nifhmuh ahjar, kif ukoll ta’ kif infejjqu u nittrattaw diversi kondizzjonijiet.  “Kulmin ghandu l-opportunità jahdem ma’ dawn it-tip ta’ celloli bhalma fortunatment nahdem jien, hija area innovattiva, gdida, ta’ ecitament kbir li minnha qed naraw hafna progress u numru ta’ pazjenti li qabel ma kellhom l-ebda tama ghall-fejqan taghhom, issa qed jibbenefikaw konsiderevolment b’din it-tip ta’ teknologija.”

Zied jghidli li meta c-celloli jkunu taht kondizzjonijiet ideali u jkunu gabu s-sinjali specifiki minn celloli ohrajn, dawn jistghu jiddividu u jispecjalizzaw biex b’hekk jiffurmaw parti minn organi ohrajn.

B’hekk dawn ic-celloli jkunu jistghu jbiddlu c-celloli l-ohrajn li jkunu mwegga’ jew difettuzi jew mejta f’organi differenti u b’hekk l-organu jista’ jahdem tajjeb qisu gdid.

Dr Blundell kompla jispjegali b’aktar entuzjazmu fuqu, “L-istudju fil-qasam tal-istem cells huwa vast hafna u skont l-opinjoni tieghi ghadu f’fazi li nistghu nsejjhulha infantili.  Il-mirakli li jkunu qed isiru fl-ewwel disa’ xhur tal-hajja jigifieri minn cellola wahda tigi t-tarbija b’dawk ic-celloli u organi kumplessi u varjanti kollha jahdmu b’koordinazzjoni kbira li huwa l-qofol tal-istudji principali u li minnu jista’ jigi mfejjaq jew li minnu nisperaw li fil-futur qrib jista’ jigi mfejjaq aktar mard li prezentament m’ghandnix kura ghalihom,” temm jghidli Dr Blundell.

Scroll to top