Press Release:- Musical originali Nahal tal-Imhabba

Press Release:-  Musical originali Nahal tal-Imhabba

Published: 20- Nov- 2018    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

Musical originali Nahal tal-Imhabba

fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa

 

Fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, l-Kunsill tal-Mellieħa ħa jippreżenta musical oriġinali bl-isem ta’ “Naħal tal-Imħabba” – kompożitur Philip Vella, lirika ta’ Paul P. Borg u arranġamenti mużikali ta’ Sean Vella. Jieħdu sehem il-kantanti/l-awturi Dario Bezzina, Miriam Christine Borg, Maryann Muscat, Annabelle Vella, Gaetano Sultana, Anna Camilleri, Alexia Farrugia, Thea Gauci, Mireille Borg, Samantha Magro u Maria Cini. 

Il-musical ser isir fuq żewġ serati. L-ewwel li ser isir huwa s-Sibt 8 ta’ Diċembru 2018 waqt ċerimonja uffiċjali li ser tfakkar il-25 Anniversarju tal-Kunsill Lokali Mellieħa imbagħad ser jerġa’ jsir il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2018 fejn il-pubbliku in ġenerali ser ikollu l-opportunita’ li jara dan il-musical miktub apposta għall-okkażjoni. 

Kull min hu interessat li jara dan il-musical hu mitlub li jagħmel kuntatt mal-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jew permezz tan-numru tat-telefon 21 521333, jew permezz tal-indirizz elettroniku: customercare.mellieha.lc@gov.mt biex jikseb il-biljetti neċessarji jew għal preżentazzjoni li ser issir il-Ħadd 9 ta’ Diċembru fit-3.00pm jew inkella għal dik li ser issir fil-6.30pm. Il-biljetti ser ikunu mingħajr ħlas. Il-musical ser isir fis-sala tal-iskola primarja tal-Mellieħa. 

Apparti l-musical, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser jorganizza wkoll numru ta’ attivitajiet oħra, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqdiet Melleħin u artista Melleħija li xtaqu jingħaqdu mal-Kunsill biex jiċċelebraw dan l-anniversarju importanti. Dawn huma:

 

02/11/2018: Wirja mill-artista Melleħija Charmaine Tanti

Post: Is-sede tas-Societa’ Filarmonica La Vittoria

(Il-wirja kienet miftuħa bejn it-2 u l-11 ta’ Novembru 2018)

 

18/11/2018: ‘Jum Dinji tat-Tfal 2018’

Attivita’ miftuħa għat-tfal kollha tal-Mellieħa u tal-Manikata fis-sede tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. It-tfal kienu mistiedna jieħda sehem f’kompetizzjonijiet letterarji u l-parteċipanti kollha ngħataw premju u tifkira tal-okkażjoni waqt programm mużikali li sar filgħodu u sar bil-parteċipazzjoni tal-istudenti tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. 

 

18/11/2018: ‘Kunċert Vokali u Strumentali’

Il-Ħadd filgħaxija, l-Għaqda Mużikali u Kor Imperial tellgħu kunċert vokali u strumentali fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mellieħa. Kulħadd kien mistieden u d-dħul kien mingħajr ħlas.

 

25/11/2018: ‘Tħawwil ta’ Siġar’

Il-Ħadd 25 ta’ Novembru fl-10.30am iċ-Ċentru Laburista tal-Mellieħa ser iħawwel numru ta’ siġar fi Triq l-Erwieħ, il-Mellieħa.

 

01/12/2018 fis-7.00pm: ‘Kunċert Vokali u Strumentali’ mis-Societa’ Filarmonica La Vittoria

Post: db Seabank Resort & Spa, il-Mellieħa

 

13/12/2018 fil-5.30pm: Quddiesa u Wirja mill-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista - Mellieħa

Post: Sala tal-Uffiċċju tal-Partit Nazzjonalista, Mellieħa

(Il-wirja tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Diċembru 2018) 

 

Peress li jkunu qed joqorbu l-festi tal-Milied, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħaseb biex flimkien mal-attivitajiet f’għeluq il-25 Sena Anniversarju jorbot ukoll xi attivitajiet tal-Milied: 

 

07/12/2018 fis-7.00pm: The Malta International Christmas Choir Festival 2018 (bil-kollaborazzjoni tar-Reġjun Tramuntana)

Post: Knisja Arċipretali tal-Mellieħa

 

13/12/2018 fis-7.30pm: The ‘Joy Gospel Singers in Concert’

Post: Knisja Parrokkjali Manikata

 

15/12/18 fl-10.00am: Party tal-Milied għat-Tfal

Post: Sala Profs. G. Wettinger, Skola Primarja Mellieħa

(Bookings fl-uffiċċju tal-Kunsill tal-Mellieħa)

 

16/12/18 fl-10.0am:  Attivita’ għall-Anzjani

Post: Dar Residenzjali Madonna tal-Mellieħa 

 

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa f’numru 126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, il-Mellieħa jew permezz tan-numru tat-telefon 21521333, jew permezz tal-indirizz elettroniku customercare.mellieha.lc@gov.mt. Wieħed jista’ jżur ukoll is-sit elettroniku www.mellieha.gov.mt jew fil-facebook page: Mellieħa Local Council. 




Related Images

Mellieha Musical 2018    Mellieha Musical 2018    Mellieha Musical 2018    Mellieha Musical 2018    Mellieha Musical 2018   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Benon Talemwa Talemwa | Rwanda

A global link connecting rather distant minds. I like the creative opportunity offered to authors to talk to their fellow authors and the readership fraternity. Keep-up Portelli

Andrew  Rowland | London

Well done Ramona. It was a pleasure to be interviewed by yourself. Keep up the good work with your brilliant stories.

Seth Sparrer Sparrer | Middleburg pa

Job well done on a interview she did with me! Keep on giving us more interviews - we need to know what's going around in this world

Jeff Lee Lee | Los Angeles, USA

Ramona - Thank you so much for this terrific interview! I have been trying to get the rest of the world to see and have a huge laugh at the So-Called Ruler of the U.S., and you have done a magnificent job with your interview. Many thanks!

Monica Maartens Maartens | South Africa

Lovely website, very interesting. Thank you for displaying my book Real Life AFRICAN Adventures on your site. All the very best and success with your business...👍🌈🌈🌈💖 Zararia Yul

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA