Press Release:- L-Imnarja 2018 - Festa bi Tradizzjoni u Innovazzjonijiet

Press Release:- L-Imnarja 2018 - Festa bi Tradizzjoni u Innovazzjonijiet

Published: 18- Jun- 2018    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

Għal sena oħra s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed ihejji ruhu għall-akbar avveniment agrikolu tas-sena fil-Ġonna tal-Buskett sabiex titkompla t-tradizzjoni annwali fejn il-bdiewa, ir-raħħala kif ukoll il-pubbliku inġenerali jipparteċipaw bil-kbir f’dan l-avveniment. Huma bosta raħħala, bdiewa u dilettanti tal-agrikoltura li jkunu qegħdin jistennew bil-ħerqa l-akbar wirja u l-aktar kompetizzjoni akkanita tal-prodotti agrikoli. Fl-Imnarja, il-viżitaturi jistgħu japprezzaw il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala li jaħdmu qatigħ matul is-sena kollha biex ikabbru prodotti għall-ikel u jindukraw l-annimali b’tant imħabba, għożża u kburija. 

Din il-wirja li ħadet dimensjoni nazzjonali ta’ kull sena tiġbed uċuħ ġodda u huwa ta’ sodisfazzjon kbir tara familji sħaħ jipparteċipaw  sena wara sena f’din il-festa tant popolari.  żammew mal-pass ta’ missirijiethom li kienu l-pijunieri tal-wirjiet tal-Imnarja. 

F’din il-wirja jkun hemm esibituri li jtellgħu prodotti mkabbrin f’pajjiżna u kif ukoll kompetizjonijiet f’diversi kategoriji ta’ ħxejjex, frott, ċereali, newl jew qoton. F’din l-attività jkun hemm ukoll diversi speċi ta’ bhejjem fosthom nagħaġ u mogħoż, baqar, żwiemel, klieb, tjur u fniek imkabbrin fl-irziezet lokali.  

Kulħadd jista’ jipparteċipa f’din il-wirja billi jibbukkja għand l-uffiċjali inkarigati fl-uffiċċju ġewwa l-Għammieri, Triq Ħal Luqa, Luqa. 

L-organizzaturi tal-wirja jistiednu l-pubbliku biex jattendi u jieħu gost bl-atmosfera ferrieħa gewwa il-Ġonna tal-Buskett nhar il-Ħamis 28 ta’ Ġunju mill-17.00 ’l quddiem u l-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju mis-7.00 ’l quddiem. Fost ħafna gabbani ta’ informazzjoni, artiġjanat u pjanti żgur li ma jonqosx li jkun hemm gabbani tal-ikel, ħelu u xorb tradizzjonali Malti. 

Il-ftuħ ta’ din l-attività jibda b’parata taż-żwiemel armati fis-6.30 ta’ filgħaxija li għal din is-sena se titlaq minn Triq il-Buskett, ir-Rabat, bil-mistednin distinti jkunu L-Eċċelenza Tagħha l-President ta’ Malta u s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Dawn ikunu akkumpanjati minn parata mtellgħa mill-iscouts ta’ Ħad-Dingli u l-Kavallerija tal-Pulizija li lkoll flimkien jinżlu għall-Buskett fejn hemm tibda l-attività. 

Fil-Ġonna tal-Buskett il-pubbliku jkun jista’ jgawdi esibizzjonijiet tal-isbaħ u l-aqwa prodotti tal-ortikultura li ser jibqgħu miftuħin sa nofsillejl. Barra minn hekk, il-banda, il-gruppi folkloristiċi, l-għannejja u oħrajn ser ikunu għaddejjin fil-madwar. Il-Ġimgħa, wara li l-ġurija tispiċċa l-aġġudikazzjoni tal-kompetizzjoni tal-bhejjem għall-ħabta ta’ nofsinhar, ikun hemm l-għoti ta’ premjijiet mill-E.T. President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca assistita mis-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali l-Onorevoli Clint Camilleri. 

Se jkun hemm ukoll is-servizz ta’ shuttle service minn Triq l-Infetti sal-Buskett li tieqaf ħdejn il-Winery, fejn ukoll din is-sena għall-ewwel darba se tkun miftuħa għall-pubbliku.  Kull min jattendi ħa jkollu ċ-ċans jara kif isir il-proċess tal-inbid mill-ħaddiema tal-Għammieri li huma f’dan il-qasam. Wiehed ukoll ser jkun jista’ jsib ghall-bejgh inbejjed ta’ kwalita li ghandhom il-marka DOK ‘Malta’, DOK ‘Gozo’ u IĠT ‘Maltese Islands’. 

Din is-sena wkoll għall-ewwel darba fil-ġurnata tal-Imnarja 29 ta’ Ġunju, il-Palazz Verdala ħa jkun miftuħ għall-pubbliku biex min jattendi japprezza r-rikezzi li fih kif ukoll x-xogħol ta’ id il-bennej Malti minn żmien ilu. 

F’wieħed mill-irziezet li nsibu ġewwa l-Ġonna tal-Buskett għall-ewwel darba wkoll ħa jkollna żewġ swali; waħda ddedikata għall-kompetizzjoni tal-għasafar imwielda Malta u sala oħra ddedikata għall-entitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħut ġewwa Malta. 

Aktar informazzjoni aġġornata tista’ ssibha wkoll fil-paġna tagħna www.facebook.com/NisgetArtna




Related Images

Imnarja 2018-2   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Benon Talemwa Talemwa | Rwanda

A global link connecting rather distant minds. I like the creative opportunity offered to authors to talk to their fellow authors and the readership fraternity. Keep-up Portelli

Andrew  Rowland | London

Well done Ramona. It was a pleasure to be interviewed by yourself. Keep up the good work with your brilliant stories.

Seth Sparrer Sparrer | Middleburg pa

Job well done on a interview she did with me! Keep on giving us more interviews - we need to know what's going around in this world

Jeff Lee Lee | Los Angeles, USA

Ramona - Thank you so much for this terrific interview! I have been trying to get the rest of the world to see and have a huge laugh at the So-Called Ruler of the U.S., and you have done a magnificent job with your interview. Many thanks!

Monica Maartens Maartens | South Africa

Lovely website, very interesting. Thank you for displaying my book Real Life AFRICAN Adventures on your site. All the very best and success with your business...👍🌈🌈🌈💖 Zararia Yul

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA