Press Release:- Festival Internazzjonali Milied Mellieħi 2017

Press Release:- Festival Internazzjonali Milied Mellieħi 2017

Published: 1- Dec- 2017    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jtella’ l-attività annwali tal-Festival Internazzjonali Milied Mellieħi 2017 is-Sibt 23, il-Ħadd 24, l-Erbgħa 27 u l-Ħamis 28 ta’ Diċembru 2017. Din l-attivita’ organizzata bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, L-Awtorita’ Maltija Għat-Turiżmu, l-Fondazzjoni Valletta 2018, Reġjun Tramuntana u The Malta Christmas Festival, tilħaq il-qofol tagħha b’attivitajiet li se jsiru fi Triq Ġorġ Borg Olivier u Misraħ il-Parroċċa mis-7 ta’ filgħaxija.

L-edizzjoni ta’ din is-sena ser tibda s-Sibt 23 ta’ Diċembru fejn se jittella’ party għat-tfal fl-iskola Primarja tal-Mellieħa fejn se jkun hemm logħob, face painting, balloon modelling, sing-alongs u jkun hemm ukoll Father Christmas. Fil-għaxija se jittella kunċert tal-Milied mill-Voca Gospel Choir and Band ġewwa l-Knisja tal-Manikata.

Il-Ħadd 24 ta’ Diċembru filgħodu ser tinżamm attivita’ għall-anzjani ġewwa d-Dar il-Madonna tal-Mellieħa bil-parteċipazzjoni ta’ Benny u Tonia u The Future Voices Childrens Choir. Lejliet il-Milied, filghaxija is-Soċjeta’ tal-MUSEUM tal-Mellieħa se torganiżża l-purċissjoni tradizzjonali bil-Bambin, u wara l-Għaqda Mużikali Imperial se ttella’ kunċert tal-Milied. Wara l-kunċert ser ikun hemm il-Quddiesa ta’ Nofs il-Lejl animata mill-Kor u Orkestra Maria Bambina.

Fis-27 u t-28 ta’ Diċembru, il-Mellieħa se toffri jumejn uniċi b’parati internazzjonali u wirjiet b’il fuq minn 150 parteċipant, kif ukoll bil-parteċipazzjoni ta’ Father Christmas fit-toroq ewlenin tal-Mellieħa, fejn tispiċċa f’Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-27, u f’Misraħ il-Parroċċa fit-28 ta’ Diċembru. Il-parteċipanti Maltin jinkludu s-Società Filarmonica La Vittoria, The Big Friends Guggen Music Band, The Marsa Scouts Bagpipes and Drums u l-Wallace Bagpipes and, kif ukoll Artemocion Dance Studio u Valentine Dancers. Parteċipanti mill-Italia jinkludu l-Majorettes ta’ Casperia, l-Associazione Musicale V. Bellini – Citta di Calatabiano, I Carriddi Folk Group, I Fanfara Bersaglieri dell’Etna, il-Gruppo Sbandieratori u Musici Leoni Reali.

Ikel u xorb tipiku sinonimu ma’ dan iż-żmien tas-sena jkunu għall-bejgħ biex jitgawda mill-pubbliku. Kulħadd huwa mistieden jattendi għal din l-attività tal-Milied organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Id-dħul mingħajr ħlas.

============================================================================

The Mellieha International Christmas Festival 2017

The Mellieħa Local Council will be organising its annual activity ‘The Mellieħa International Christmas Festival’’ on Saturday 23rd, Sunday 24th, Wednesday 27th and Thursday 28th December 2017. This activity, organised with the support of the Department for Local Government, the Malta Tourism Authority, Valletta 2018 Foundation, North Region and the Malta Christmas Festival, will see the peak of activities held in Ġorġ Borg Olivier Street and the Parish Square from 19:00 onwards.

This years’ edition will be inaugurated on Saturday 23rd December in the morning with a Kids’ Party at the Mellieħa Primary School and will feature games, face painting, balloon modelling, sing-alongs and of course a visit from Father Christmas himself. In the evening, an amazing Christmas Concert will be held by the Voca Gospel Choir and Band at the Manikata Church.

On Sunday the 24th December in the morning an activity for the elderly will be held at ‘Dar ta’ l-Anzjani Madonna tal-Mellieħa’ with the participation of Benny and Tonia and the Future Voices Childrens Choir. In the evening, Christmas Eve, the traditional purċissjoni bil-Bambin (Baby Jesus procession) will be organised by the MUSEUM Society of Mellieħa following with a concert by the Għaqda Mużikali Imperial which will be held at the Parish Square. After the concert everyone will be welcome for the midnight mass animated from the Choral and Orchestral Society Maria Bambina.

On the 27th and 28th December, Mellieħa will offer two unique days of international parades and shows with over 150 participants and the participation of Father Christmas along Mellieħa’s main streets ending  with a spectacular finish on the 27th at the Misrah iz-Zjara tal-Papa  and on the 28th at the Mellieħa Parish Square. Maltese participants will include La Vittoria Band Club, The Big Friends Guggen Musik Band, The Marsa Scouts Bagpipes and Drums and the Wallace Bagpipes and Drums, as well as Artemocion Dance Studio and Valentine Dancers. Participants from Italy include The Majorettes of Casperia, The Associazione Musicale V. Bellini – Citta di Calatabiano, I Cariddi Folk Group, I Fanfara Bersaglieri dell’Etna, The Gruppo Sbandieratori and Musici Leoni Reali.

Typical foods and drinks synonymous with the festive season will be for sale to be enjoyed by the general public. Everyone is invited to attend this Christmas activity organised by the Mellieħa Local Council. Entrance is FREE of charge.




Related Images

Festival Internazzjonali Milied Mellieħi 2017    Festival Internazzjonali Milied Mellieħi 2017    Festival Internazzjonali Milied Mellieħi 2017    Festival Internazzjonali Milied Mellieħi 2017   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

Lewis Marvic | 'INDIGO'

Proset tal-Website Ramona, u tal-kitba u tax-xoghol kollu tieghek. Grazzi ukoll ta' L-intervista li ghamiltli fi zmien il-milied u l-ewwel tas-sena. Xewqat Sbieh mil-Qalb ghall- 2011 :)

Gino Lombardi | Mosta

Prosit u ibqa' sejra kif int!

Abigail  Spiteri | Ghaxaq

Hi Ramona. Very interesting website. You are amazing just the way you are. Ghandek talent ibza ghalih. Keep it up. Niehu gost hafna naqra il-kitbiet tieghek. Jien nibqa naggornak fuq dak li nkun qed naghmel. Btw fuq facebook fis-section noti fil-profile tieghi hemm xi xoghlijiet minn tieghi. Napprezza jekk thallili xi comment jew like. Jien sapporter kbira tieghek bhalma nahseb naf u nibqa ghal dejjem. Il-festi t-tajba lilek u lil familja kollha tieghek. xxx

Clare Agius | the clouds :)

Hey Ramona a simple yet colourful website and one which i don t have to wreck my brains to discover where everything is :) very good interviews too so i ll keep a look out to read about more celebs and interesting people keep it up

Andre` Penza | Fgura

Hi Ramona well done for your website, and for your work. It pays to love what you do....you`re doing great. keep it up.

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA