Press Release:- Villaġġ tal-Milied fl-Għammieri

Press Release:- Villaġġ tal-Milied fl-Għammieri

Published: 21- Nov- 2017    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

It-Taqsima Festi Rurali fi ħdan is-Segretarjat għall-Biedja, Sajd u d-Drittijiet tal-Animali, ser terġa torganiżża Villaġġ ieħor tal-Milied fl-Għammieri nhar il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017 bejn 9.00 u l-17.00. L-attivita ser tibda b’ċelebrazzjoni tal-quddiesa animata bil-parteċipazzjoni tal-kor mill-Mużew taż-Żurrieq, kif ukoll il-priedka tal Milied. 

Kull min ser jattendi għal din l-attivita’ ser ikun jista’ jgawdi varjeta` ta’ talent lokali bil-parteċipazzjoni ta’ diversi kantanti, żeffiena u maġija.  Ser ikollna wkoll banda għaddejja biex tallegra l-pubbliku preżenti. Stands bi prodotti ta’ artiġjanat lokali  fejn wieħed jista’ jara kif isiru l-pasturi u skultura fil-ġebel, kif ukoll stands oħra tal-ikel u x-xorb, ħelu u xorb tradizzjonali tal-Milied fosthom mulled wine, imbuljuta, kejkiet tal-Milied, mince pies u ħafna aktar rigali, ġugarelli, tiżjin tal-Milied u ponsjetti għal bejgħ. Wieħed jista’ ukoll jakkwista l-ktieb tar-riċetti – Tisjir mill-Qalb 2017, publikazzjoni tal-Community Chest Fund. Fil-kappella ser ikun hemm ukoll esebizzjoni ta’ presepji u pasturi. 

Waqt din il-ġurnata speċjali t-tfal ser ikollhom iċ-ċans li jieħdu ritratt ma’ Santa Klaws fil-ħanut tax-xogħol tiegħu, kif ukoll ma jonqosx iċ-ċans li jieħdu ritratt ukoll ma’ diversi annimali li għandna l-Għammieri bħal pony, lama u ċerva. It-tfal ser ikollhom ukoll wesgħa dedikata għalihom; fejn ser ikun hemm stejjer għat-tfal, bouncing castle, ferrovija u ħafna aktar logħob!! It-tfal għandhom ukoll l-opportunita’ li jirkbu fuq il-ħmar jew iż-żiemel li se jkunu lebsin għall-okkażżjoni. 

The Malta Rabbit Club ser ikunu preżenti waqt din l-attivita’ fejn ser jagħmlu kompetizzjoni ta’ pets imlibsin u oħra għall-pets, kif ukoll ser ikun hemm ukoll wesgħa li ser tintuża bħala petting farm

L-Onor. Clint Camilleri, s-Segretarju Parlamentari għal Biedja, Sajd u Drittijiet tal- Annimali ser ikun preżenti ukoll waqt din l-attivita’. 

It-Taqsima Festi Rurali tħeġġeġ lil kullħadd biex jattendi u jieħdu gost magħna biex nidħlu fl-ispirtu sabieħ tal-Milied u fl-istess ħin niġbru donazzjonijiet għall-karita’.  

=================================================

The Rural Festivities Unit within the Parliamentary Secretariat for Agriculture Fisheries and Animal Rights will be transforming the Għammieri Farm into a Christmas Village.

The Għammieri Farm will open its doors to the public on Sunday 10th December from 9.00 -17.00. The event will include amongst other things a live stage entertainment throughout the day with the partecipation of local junior performers and also a roaming band. An animated mass celebration will follow at 10.00am with the participation of the Żurrieq choir and the traditional sermon of the child. Those attending can also visit the chapel to see the crib exhibition.

A Christmas market will be set up, offering different food stalls, Christmas delicacies such as Imbuljuta, Mulled Wine, christmas cakes, mince pies, honey, olive oil, choclate items and much more. There will be also stalls selling various gifts, toys, Christmas decorations, cribs and ponsiettas. One also can buy the recent cookery book published by the Community Chest Fund - ‘Tisjir mill-Qalb’ 2017.

Santa Claus will also be present for children to take photos inside santa’s workshop! Other photos can also be taken with our farm friends such as the lama, deer and pony. Also children can have a close encounter with farm animals at a petting farm stall. An area will also be dedcicated for children including story telling, a bouncing castle, train, face painting and glitter painting, magician and much more!! On the day we will be having also horse and donkey rides.

The Hon. Clint Camilleri Parliamentary Secretary for Agriculture, Fisheries and Animal rights will be attending the event.

The Rural Festivities Unit encourages everyone to attend this family fun day.




Related Images

Christmas Village Ghammieri 2017    Christmas Village Ghammieri 2017   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

Lewis Marvic | 'INDIGO'

Proset tal-Website Ramona, u tal-kitba u tax-xoghol kollu tieghek. Grazzi ukoll ta' L-intervista li ghamiltli fi zmien il-milied u l-ewwel tas-sena. Xewqat Sbieh mil-Qalb ghall- 2011 :)

Gino Lombardi | Mosta

Prosit u ibqa' sejra kif int!

Abigail  Spiteri | Ghaxaq

Hi Ramona. Very interesting website. You are amazing just the way you are. Ghandek talent ibza ghalih. Keep it up. Niehu gost hafna naqra il-kitbiet tieghek. Jien nibqa naggornak fuq dak li nkun qed naghmel. Btw fuq facebook fis-section noti fil-profile tieghi hemm xi xoghlijiet minn tieghi. Napprezza jekk thallili xi comment jew like. Jien sapporter kbira tieghek bhalma nahseb naf u nibqa ghal dejjem. Il-festi t-tajba lilek u lil familja kollha tieghek. xxx

Clare Agius | the clouds :)

Hey Ramona a simple yet colourful website and one which i don t have to wreck my brains to discover where everything is :) very good interviews too so i ll keep a look out to read about more celebs and interesting people keep it up

Andre` Penza | Fgura

Hi Ramona well done for your website, and for your work. It pays to love what you do....you`re doing great. keep it up.

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA