Press Release:- Jum iddedikat lill-annimali

Press Release:- Jum iddedikat lill-annimali

Published: 5- Oct- 2017    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

Fil-Kumpless tal-Għammieri nhar il-Ħadd 15 ta' Ottubru bejn id-9 ta' filgħodu u l-5 ta' wara nofs in-nhar ser terġa tiġi organizzata attivita` tul il-ġurnata kollha ddedikata għall-ħarsien tal-annimali. Din l-inizjattiva għaldarboħra ser tkun kkordinata mit-Taqsima Festi Rurali flimkien mad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.

Il-ġurnata tiftah fid-9 ta' filgħodu b'mixja bil-klieb mill-parkeġġ tar-Residenza tal-Anzjani f'San Vinċenz sal-kumpless tal-Għammieri. Kulħadd huwa mistieden li jipparteċipa f'din il-mixja fejn qed issir appell biex kull min għandu kelb jista' jingħaqad f'din il-mixja qasira iżda sinifikattiva.Wara l-mixja ser tiġgi ċelebrata quddiesa segwita bi tberik tal-annimali.

Fuq il-palk prinċipali ,li ser jintrama apposta għall-okkażjoni, ser isiru diversi attivitajiet  tul il-ġurnata kollha. Dawn jinkludu preżentazzjoni lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni iddedikata għall-annimali li saret matul ix-xhur tas-sajf waqt SkolaSajf 2017, diskussjonijiet varji dwar il-ħarsien  tal-annimali u l-operat ta' dan is-settur f'pajjiżna kif ukoll varjeta` minn diversi kantanti, żeffiena u scouts.

Ma' jonqsux ukoll stands varji mifruxa tul il-kumpless kollu bil-protagonisti ikunu l-organizzazjonijiet mhux governattivi li b'xi mod imissu mal-qasam tal-ħarsien tal-annimali f'pajjiżna. Ser jispikkaw ukoll esibizzjonijiet fost l-oħrajn ta' tjur, fniek, rettili u ħut. Stands tal-ikel varjat u xorb ser ikunu ukoll għad-disposizzjoni ta' dawk li ser jattendu.

Id-Direttorat dwar il-Ħarsien tal-Annimali tul il-ġurnata kollha ser ikun qed jintensifika l-kampanja tiegħu dwar l-addozzjoni tal-klieb u l-qtates fejn dawk li ser jattendu se tingħatalhom l-opportunita` li jagħżlu kelb jew qattus u jeħduh magħhom id-dar.

Għall-ewwel darba f'attivita` simili se jiġu organizzati xows kompetittivi għall-klieb u ponijiet ta’ shetland fejn ġurija apposta ser tkun qed tiġġudika l-parteċipanti f'dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet kif ukoll logħob għat-tfal akkompanjati mal-klieb tagħhom. Dawk interessati li jieħdu sehem jistgħu jiġu direttament fil-kumpless tal-Għammieri fid-9 ta' filgħodu u jirreġistraw fil-kompetizzjoni li fiha jkunu jixtiequ jieħdu sehem. Il-Kitba tal-ponijiet hija miftuħa kull min jixtieq jinkiteb jista’ jiġi fl-uffiċċju tat-Taqsima Festi Rurali Triq Ħal-Luqa, Luqa.

Attrazzjonijiet oħra li wieħed ser ikun jista' jsegwi jew jipparteċipa fihom tul il-ġurnata waqt din l-attivita` ser ikunu dawk f'żona apposta ddedikata għat-tfal fejn dawk li se jattendu ser ikollhom l-opportunita` li iħawlu u jieħdu pjanta magħhom id-dar.Is-sezzjoni tat-trobija tal-annimali ħasbu wkoll biex jagħmlu sezzjoni fejn it-tfal se jkollhom l-opportunita`li jiħdu ritratt mal-pony u donazzjonijiet li se jinġabru ħa jmorru għal Puttinu. Wieħed ser ikollu l-opportunita` ukoll li jżur id-diversi annimali tipiċi Maltin li hemm preżentament fl-Għammieri kif ukoll se jkun hawn ukoll it-tjur għal-bejgħ.

Filwaqt li l-familji Maltin u Għawdxin huma mistiedna sabiex jattendu , għall-aktar informazzjoni fuq din l-attivita` wieħed jista' jżur l-paġna tagħna ta’ Facebook www.facebook.com/NisgetArtna jew jista’ jċempel fuq 22924179/4130/4285 jew imejl fuq nisgetartna.mesdc@gov.mt




Related Images

Jum l-Annimali   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

Lewis Marvic | 'INDIGO'

Proset tal-Website Ramona, u tal-kitba u tax-xoghol kollu tieghek. Grazzi ukoll ta' L-intervista li ghamiltli fi zmien il-milied u l-ewwel tas-sena. Xewqat Sbieh mil-Qalb ghall- 2011 :)

Gino Lombardi | Mosta

Prosit u ibqa' sejra kif int!

Abigail  Spiteri | Ghaxaq

Hi Ramona. Very interesting website. You are amazing just the way you are. Ghandek talent ibza ghalih. Keep it up. Niehu gost hafna naqra il-kitbiet tieghek. Jien nibqa naggornak fuq dak li nkun qed naghmel. Btw fuq facebook fis-section noti fil-profile tieghi hemm xi xoghlijiet minn tieghi. Napprezza jekk thallili xi comment jew like. Jien sapporter kbira tieghek bhalma nahseb naf u nibqa ghal dejjem. Il-festi t-tajba lilek u lil familja kollha tieghek. xxx

Clare Agius | the clouds :)

Hey Ramona a simple yet colourful website and one which i don t have to wreck my brains to discover where everything is :) very good interviews too so i ll keep a look out to read about more celebs and interesting people keep it up

Andre` Penza | Fgura

Hi Ramona well done for your website, and for your work. It pays to love what you do....you`re doing great. keep it up.

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA