Press Release:- Iljieli Melleħin 2017 – L-Ghaxar Edizzjoni

Press Release:- Iljieli Melleħin 2017 – L-Ghaxar Edizzjoni

Published: 7- Jul- 2017    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

Għall-10 sena konsekkuttiva, l-Kunsill tal-Mellieħa ser ikun qed jorganiżża l-Iljieli Melleħin. Din is-sena l-Iljieli Melleħin ser jittellgħu bejn il-21 u 23 ta’ Lulju u l-attivitajiet se jsiru kollha fil-qalba tar-raħal pittoresk tal-Mellieħa.

L-Iljieli Melleħin se jibdew il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju mit- 8 ta’ filgħaxija il-quddiem f’ Misraħ il-Parroċċa, Mellieħa, fejn se jkun hemm kunċert eċċezzjonali mtella’ mill-aqwa DJs ta’ Malta, Lio, JJOY u Ziggy. Dawn se jassiguraw lejla fantastika b’ mużika mill-aqwa.

Is-Sibt 22 ta’ Lulju it-toroq prinċipali tal-Mellieħa se jingħalqu għat-traffiku biex ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku, fejn se jkunu jistgħu jaraw diversi esebizzjonijiet kif ukoll spettakli mużikali. Fit-Triq Gorg Borg Olivier se jkun hemm Muzika Tradizzjonali Maltija fejn fost l-oħrajn se jkun hemm The Greenfields, Aurora Folk Group u l-Għana Maltija kif ukoll mużika rock minn Kylie Coleiro u Klinsmann and the Planet Seed Band. Se jkun hemm ukoll mużika Jazz fil-Bitħa tas-Santwarju kif ukoll korijiet ġewwa s-Santwarju. Artiġjanati u artisti lokali se jkunu qed jesebixxu xi xogħlijiet u se jkun hemm ukoll wirja ta’ karozzi fost diversi attrazzjonijiet oħra. Ir-ristoranti tal-Mellieħa se joffru l-possibilita ta’ “dining al fresco”. F’ Misraħ il-Parroċċa se jkun organiżżat BBQ bi spettaklu mtella’ minn Artemocion Dance Studio, Cash and Band u Joe Demicoli.

Il-Ħadd 23 ta’ Lulju se jittella spettaklu live fil-Pjazza tal-Parroċċa minn Artemocion Dance Studio  u Spiteri Lucas Band fejn fost il-kantanti li se jieħdu sehem se jkun hemm Chiara, Debbie Scerri, J Anvil u Neville Refalo  li ha jinterpretaw ‘A tribute to the Maltese Legends’.

Is-Sibt u l-Ħadd se jkunu organiżżati diversi attivitajiet għat-tfal kif ukoll se jkun hemm il-muzewijiet u postijiet ta’ kultura li ħa jkunu miftuħin sa tard fil-għaxija. Dawn jinkludu fost l-oħrajn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, u x-Xelters tat-Tieni Gwerra Dinija.

Se jkun offrut servizz ta’ ‘Park and Ride’ minn ħdejn l-ex Belleview saċ-ċentru tal-lokalita. Dan se jkun offrut is-Sibt mis-7.30 il-quddiem.

Iljieli Melleħin huwa avveniment B’XEJN li wieħed m’għandux jitlef. Ejjew u ddevertu u araw is-sbuħija tal-Mellieħa bejn it-21 u t-23 ta’ Lulju 2017.

Iljieli Melleħin hija mtellgha bl-ghajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu kif ukoll numru ta’ sponsors korporattivi.

Għall-iktar informazzjoni u għall-program iddettaljat tistgħu żżuru s-sit www.mellieha.gov.mt jew il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/melliehalocalcouncil

==================================================================

Mellieha Nights - 10th Edition

For the 10th consecutive year, the Mellieha Local Council will be organizing ‘Mellieha Nights’.  This year ‘Mellieha Nights’ will be held between 21st and 23rd July and all activities will be held within the heart of the picturesque locality of Mellieha.

‘Mellieha Nights’ will start off on the evening of Friday 21st July, as from 8pm onwards at Mellieha Main Square, with a fantastic line-up of the best Maltese DJs, namely Lio, JJoy and Ziggy who will surely turn the night into an amazing one full of great music.

Saturday 22nd July will see Mellieha main roads turned into pedestrian areas, where those who will be attending will have the opportunity to walk around while enjoying various musical shows and exhibition. The stages along Triq Gorg Borg Olivier will offer traditional folklore music by the Greenfields, Aurora Folk group and Maltese ‘Ghana’ and rock music by Kylie Coleiro and Klinsmann and the Planet Seed Band. Jazz music and choir singing will take place in Our Lady of Mellieha Sanctuary Courtyard and the Sanctuary itself. Local artisans and artists will be creating wonderful handmade works in an open air atmosphere and  a local high-end motor vehicles show amongst many other attractions will be going on throughout the night. One can also opt for dining al fresco in one of Mellieha’s exquisite restaurants. An open-air barbecue will also be held at Mellieha Main Square and entertaining the audience there will be Artemocion Dance Studio, Cash and Band and Maltese entertainer Joe Demicoli.

On Sunday 23rd July, live entertainment will be provided at Mellieha Main Sqaure by Artemocion Dance Studio and Spiteri Lucas Band featuring amongst others Chiara, Debbie Scerri, J Anvil and Neville Refalo performing ‘A tribute to the Maltese Legends’.

Both on Saturday and Sunday children will have different spots where to entertain themselves and for those who still haven’t tasted what the locality of Mellieha can offer with regards heritage and culture, Mellieha’s main attractions like the Sanctuary of Our Lady of Mellieha and Mellieha World War II Shelters will remain open until late in the night.

A ‘Park and Ride’ service will be provided from near the ex-Belleview Area towards the centre of the village on Saturday from 7.30pm onwards.

‘Mellieha Nights’ is certainly a celebration no one is to miss and it’s all for FREE. So do come and enjoy all the characteristics the locality of Mellieha can offer during the weekend between 21st and 23rd July 2017. 

‘Mellieha Nights’ celebration is being supported by the Parliamentary Secretariat for Local Government and Malta Tourism Authority together with a number of corporate sponsors.

For more information and for a detailed programme of events please visit the Mellieha Local Council’s website: www.mellieha.gov.mt or the Mellieha Local Council’s facebook page: https://www.facebook.com/melliehalocalcouncil.




Related Images

d    d    d   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

Lewis Marvic | 'INDIGO'

Proset tal-Website Ramona, u tal-kitba u tax-xoghol kollu tieghek. Grazzi ukoll ta' L-intervista li ghamiltli fi zmien il-milied u l-ewwel tas-sena. Xewqat Sbieh mil-Qalb ghall- 2011 :)

Gino Lombardi | Mosta

Prosit u ibqa' sejra kif int!

Abigail  Spiteri | Ghaxaq

Hi Ramona. Very interesting website. You are amazing just the way you are. Ghandek talent ibza ghalih. Keep it up. Niehu gost hafna naqra il-kitbiet tieghek. Jien nibqa naggornak fuq dak li nkun qed naghmel. Btw fuq facebook fis-section noti fil-profile tieghi hemm xi xoghlijiet minn tieghi. Napprezza jekk thallili xi comment jew like. Jien sapporter kbira tieghek bhalma nahseb naf u nibqa ghal dejjem. Il-festi t-tajba lilek u lil familja kollha tieghek. xxx

Clare Agius | the clouds :)

Hey Ramona a simple yet colourful website and one which i don t have to wreck my brains to discover where everything is :) very good interviews too so i ll keep a look out to read about more celebs and interesting people keep it up

Andre` Penza | Fgura

Hi Ramona well done for your website, and for your work. It pays to love what you do....you`re doing great. keep it up.

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA