Press Release:- L-Imnarja – Festa bi Tradizzjoni

Press Release:- L-Imnarja – Festa bi Tradizzjoni

Published: 17- Jun- 2017    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

L-akbar avveniment agrikolu tas-sena wasal magħna, u qed isiru l-aħħar tħejjijiet fil-ġonna tal-Buskett sabiex titkompla t-tradizzjoni annwali fejn il-bdiewa, r-raħħala kif ukoll il-poplu in ġerenali  jipparteċipaw bil-kbir f' dan l-avveniment. Ħuma bosta raħħala, bdiewa u dilettanti tal-agrikoltura li jkunu jistennew bil-ħerqa l-akbar wirja u l-aktar kompetizzjoni akkanita tal- prodotti agrikoli. Fl-Imnarja, l-viżitaturi jistgħu japprezzaw il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala li jaħdmu qattiegħ s-sena kollha u li jkabbru prodotti għall-ikel u jindukraw l-annimali b' tant imħabba, għożża u kburija. 

F'din il-wirja li ħadet dimensjoni nazzjonali tiġbed uċuħ ġodda li jżuruna ta’ kull sena u huwa ta’ sodisfazzjon li tara'  familji sħaħ li ilhom jaħdmu l-art u jipparteċipaw għal snin sħaħ, żammew mal-pass ta' missirijiethom li kienu l-pijunieri tal-wirjiet tal-Imnarja. F' din il-wirja, jkun hemm esibituri li jtellgħu prodotti mkabbrin f' pajjiżna u se jkun hemm ukoll kompetituri li jikkompetu f' diversi klassijiet ta’ ħxejjex, frott, ċereali, newl jew qoton li jintużaw fl-industrija tat-tessuti. F’din l-attivita` jkun hemm diversi speċi ta' bhejjem fosthom nagħaġ u mogħoż, baqar, żwiemel, klieb, tjur u fniek mkabbrin fl-irziezet lokali.

Kulħadd jista' jipparteċipa f'din il-wirja billi jibbukkja għand l-uffiċjali nkarigati fl-uffiċċju ġewwa l-Għammieri Triq Ħal-Luqa, Luqa. 

Il-kitba tiftaħ tal-Ħaxix u frott tibda nhar it-Tnejn 19 ta' Ġunju u tagħlaq 27 ta' Ġunju sa nofs in-nhar. Il-Kitba taż-żwiemel hija miftuħa u tagħlaq fi 26 ta’ Ġunju sa nofs nhar kif ukoll tan-nagħaġ u l-mogħoż hija miftuħa u tagħlaq nhar it-Tnjen 19 ta’ Ġunju. Min għandu bżonn aktar informazzjoni rigward l-attivita` jista’ jċempel fuq 22924179/4285/4130. L-aħħar informazzjoni tista’ sibha wkoll fil-paġna tagħna www.facebook.com/NisgetArtna. 

L-organizzaturi tal-Wirja jistiednu l-pubbliku biex jattendu u jieħdu gost fl-atmosfera ferrieħa tal-ġonna tal-Buskett nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju mill-17.00 ‘l quddiem u l-Ħamis 29 ta' Ġunju mis-7.00 ‘l quddiem. Se jkun hemm gabbani tal-ikel u tal-xorb. Fl-ewwel jum mis-sitta l-quddiem ta' filgħaxija sa nofs il-lejl  ikunu esebiti l-isbaħ u l-aqwa prodotti tal-ortikoltura apparti l-parteċipazzjoni tal-banda, gruppi folkloristiċi, għannejja w oħrajn waqt li l-ħamis wara li l-ġurija tispiċċa l-aġġudikazzjoni tal-kompetizzjoni tal-bhejjem għal nofs in-nhar ,ikun hemm l-għoti tar-rigali mill-ET President ta' Malta assistita mis-Segretarju Parlamentari. 

Se jkun hemm parkeġġ għal dawk li ġejjieni minn bnadi differenti ta' Malta, fejn se jkun hemm ħafna spazju biex tipparkja ħdejn Clapham Junction fuq in-naħa ta' wara tal-Buskett kif ukoll fuq in-naħa l-oħra li twassal sar-Rabat u lejn Dingli Cliffs. 




Related Images

d    d   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

Lewis Marvic | 'INDIGO'

Proset tal-Website Ramona, u tal-kitba u tax-xoghol kollu tieghek. Grazzi ukoll ta' L-intervista li ghamiltli fi zmien il-milied u l-ewwel tas-sena. Xewqat Sbieh mil-Qalb ghall- 2011 :)

Gino Lombardi | Mosta

Prosit u ibqa' sejra kif int!

Abigail  Spiteri | Ghaxaq

Hi Ramona. Very interesting website. You are amazing just the way you are. Ghandek talent ibza ghalih. Keep it up. Niehu gost hafna naqra il-kitbiet tieghek. Jien nibqa naggornak fuq dak li nkun qed naghmel. Btw fuq facebook fis-section noti fil-profile tieghi hemm xi xoghlijiet minn tieghi. Napprezza jekk thallili xi comment jew like. Jien sapporter kbira tieghek bhalma nahseb naf u nibqa ghal dejjem. Il-festi t-tajba lilek u lil familja kollha tieghek. xxx

Clare Agius | the clouds :)

Hey Ramona a simple yet colourful website and one which i don t have to wreck my brains to discover where everything is :) very good interviews too so i ll keep a look out to read about more celebs and interesting people keep it up

Andre` Penza | Fgura

Hi Ramona well done for your website, and for your work. It pays to love what you do....you`re doing great. keep it up.

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA