Press Release:- Miss Malta 2017

Press Release:- Miss Malta 2017

Published: 8- May- 2017    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Press Release

Din is-sena l-iktar konkors tas-sbuħija presstiġjuż f’malta ser jiċċelebra l-54 sena minn meta twaqqaf l-ewwel darba fl-1963 mill-mibkija George u Margaret Gatt Mangion.  Għat-tieni sena konsekuttiva, l-organizazzjoni tal-konkors Miss Malta 2017 ser tiġi fdata f’idejn is-Sur Vince Taliana, direttur ta’ Glamorous Entertainment, isem familjari fil-qasam ta’ konkorsi tas-sbuħija.  Is-Sur Taliana reġa aċċetta din il-proposta b’impenn totali u l-ipPjanar ta’ Miss Malta 2017 huwa avvanzat.  Is-Sur Taliana rringrazzja lis-Sinjura Joanne Parascandolo tal-appoġġ tagħha.

Tfajliet ta’ etajiet bejn 17 u 26 sena ser ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem.  Is-serata finali ta’ Miss Malta 2017 sejra ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017 ġewwa s-sala tal-lukanda Radisson Golden Sands.  Numru ta’ parteċipanti ser jintgħażlu, fejn kull parteċipanta ser tirrapreżenta lokalita f’Malta jew Għawdex. 

Miss Malta 2017 ser tkun l-ambaxxatriċi ta’ Malta f’konkors internazzjonali mill-isbaħ, Miss Earth 2018 . Il-mudelli jiġu ġġudikati fuq is-sbuħija, figura, u kunfidenza, pero fuq kollox fuq il-personalita. Kull minn japplika u jintgħażel jiġi preparat sew għas-serata finali ta’ Miss Malta li ser tintwera diretta fuq ONE.  It-tlett rebbieħa prinċipali jingħataw it-titli ta’ Miss Malta 2017, Miss Republic of Malta 2017 u Miss Tourism 2017.  Sadanittant qed isiru t-tħejjijiet neċessarji biex Miss Malta 2016 Christie Refalo tirrapreżenta lil Malta fil-Miss Earth 2017 f’Settembru li ġej.

L- awdizzjonijiet ser jibdew minn nhar it-Tnejn 12 ta’ Ġunju 2017. Għalhekk jekk inti għandek bejn sbatax u sitta u għoxrin sena u mintiex miżżewġa, tista tattendi għall-awdizzjonijiet.

M’għandux għalfejn ikollok esperjenza għax tiġu preparati għal kull ma jkun hemm bżonn.  Għalhekk tfajliet bla esperjenza huma mħeġġa biex japplikaw.

Tista tibgħat email fuq mail.glamorous@gmail.com jew żur il-paġna uffiċjali ta’ Miss Malta u ibgħat messaġġ biex tingħata iktar informazzjoni dwar l-awdizzjonijiet. Kull korrispondenza tiġi mwieġba. 

Miss Malta 2017 tista tkun int!

=========================================================================================




Related Images

d    d   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

Lewis Marvic | 'INDIGO'

Proset tal-Website Ramona, u tal-kitba u tax-xoghol kollu tieghek. Grazzi ukoll ta' L-intervista li ghamiltli fi zmien il-milied u l-ewwel tas-sena. Xewqat Sbieh mil-Qalb ghall- 2011 :)

Gino Lombardi | Mosta

Prosit u ibqa' sejra kif int!

Abigail  Spiteri | Ghaxaq

Hi Ramona. Very interesting website. You are amazing just the way you are. Ghandek talent ibza ghalih. Keep it up. Niehu gost hafna naqra il-kitbiet tieghek. Jien nibqa naggornak fuq dak li nkun qed naghmel. Btw fuq facebook fis-section noti fil-profile tieghi hemm xi xoghlijiet minn tieghi. Napprezza jekk thallili xi comment jew like. Jien sapporter kbira tieghek bhalma nahseb naf u nibqa ghal dejjem. Il-festi t-tajba lilek u lil familja kollha tieghek. xxx

Clare Agius | the clouds :)

Hey Ramona a simple yet colourful website and one which i don t have to wreck my brains to discover where everything is :) very good interviews too so i ll keep a look out to read about more celebs and interesting people keep it up

Andre` Penza | Fgura

Hi Ramona well done for your website, and for your work. It pays to love what you do....you`re doing great. keep it up.

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA