L-Aħħar Edizzjoni ta’ DAR IL-WAĦX

L-Aħħar Edizzjoni ta’ DAR IL-WAĦX

Published: 12- Sep- 2015    |    Language:   Article in Maltese    |    Category: Interview

Din is-sena hija l-aħħar edizzjoni ta’ Dar il-Waħx, u tkun is-sitt waħda li Patrick Vella, direttur artistiku li huwa wkoll id-direttur ta’ films tal-waħx bħal BREEDER li kien fi swali taċ-ċinemas-sena l-oħra. Ħu iddeċieda li l-aħħar edizzjoni ser tkun ġewwa x-xelters ta’ Ħal-Luqa u għalkemm saret diġa xi tlett snin ilu hemm ġew, din is-sena ser tkun totalment differenti.

Infatti, din is-sena l-mistednin ser jingħataw nuċċali apposta biex ikunu jistaw jimxu tul l-avventura“survival” li wieħed irid jgħaddi minnha, fi dlam ċappa, u li kieku mhux għal dawn in-nuċċalijietapposta wieħed ma jara assolutament xejn. Iżda minn naħa l-oħra jikrejaw tensjoni akbar ħabba li dawn in-nuċċalijiet juru biss dak fejn wieħed ikun qed iħares u għalhekk ma tkunx taf minn fejn ġejjin il-qtajja. Din is-sena l-ammont ta’ kull grupp huwa dak biss ta’ tmienja biex l-avventura tkun waħda iktar intima u barra minn hekk huwa importanti li tul ir-rotta li għandha tieħu madwar għoxrin minuta, ikun hemm sens ta’ “teamwork” biex ikunu jistaw jaqbżu l-ostakli ta’ logħob tal-moħħ kif ukoll dak fiżiku,

Din is-sena fosthom hemm il-kamra tal-buffi, fejn iridu jilgħabu kontra dan il-buffu makak u ħażin, u jekk jitilfu jittieħdu lura n-nuċċalijiet, hemm “riddles”, “dares” li bl-għajnuna tat-tim kollu wieħed jista jkompli l-vjaġġ. Ovjament mhux ser jonqsu l-qtajja fid-dlam ċappa iżda bl-għajnuna tan-nuċċali għandhom dawl biż-żejjed biex jaraw dak li hemm bżonn jaraw!

Dis-sena ser ikun hemm ukoll, xena inspirata mill-aħħar film Silent Hill, u l-infermiera b’wiċċ ta’ mostru ser tkun qed tgħarrex u tħuf biex issib il-mistednin! Ma tonqosx xena, fejn il-grupp ser isib ruħu msakkar ġo ċella, u waqt li karattru misterjuż ikun riesaq lejn il-maqbuda, huma jridu jsibu mezz kif joħorgu minn hemm…

Dar il-Waħx din is-sena ġewwa x-xelters ta’ Ħal-Luqa, 29,30,31 ta’ Ottubru, u 1 ta’ Novembru 2015.

Booking limitat u issoltu l-biljetti jinħatfu, kif esperjenzaw ħafna nies li fil-passat ma sabux biljetti għax kienu spiċċaw.

Hemm offerta li tgħalaq fl-ewwel ta’ Ottubru għal min jixtieq jaqta' għad- 29 ta’ Ottubru fejn il- biljetti huma ta’ 10 euro biss, prezz normali huwa ta’ 15 il- eruo.

Għal-biljetti wiehed jista jcempel fuq 99595906, jew email darilwahx@gmail.com jew żuru s-sitelettroniku www.maltahorrorfest.com . L-aħħar edizzjoni, titilfuwhiex!





Related Images

Dar il-Wahx   
mainSidePage

RECENT COMMENTS

Benon Talemwa Talemwa | Rwanda

A global link connecting rather distant minds. I like the creative opportunity offered to authors to talk to their fellow authors and the readership fraternity. Keep-up Portelli

Andrew  Rowland | London

Well done Ramona. It was a pleasure to be interviewed by yourself. Keep up the good work with your brilliant stories.

Seth Sparrer Sparrer | Middleburg pa

Job well done on a interview she did with me! Keep on giving us more interviews - we need to know what's going around in this world

Jeff Lee Lee | Los Angeles, USA

Ramona - Thank you so much for this terrific interview! I have been trying to get the rest of the world to see and have a huge laugh at the So-Called Ruler of the U.S., and you have done a magnificent job with your interview. Many thanks!

Monica Maartens Maartens | South Africa

Lovely website, very interesting. Thank you for displaying my book Real Life AFRICAN Adventures on your site. All the very best and success with your business...👍🌈🌈🌈💖 Zararia Yul

Gillian Attard | Sliema

You are simply amazing!!! keep it up <3

Alison Gauci | Mellieha

Well done Ramona...keep up your good work. I love reading all your interviews!

Paul  Bonnici | Greenvale Australia

Dear Ramona,I read with great interest, your wonderful interviews with various members of the public, keep up the good work.

Francesco Catania | Lija

Vera proset ta kollox Ramona!!! Keep it up hi!!!

chantelle tonna | mosta

Hi ramona,well done keep it up bella ibqa sejra hekk sweet...xxxx

mainFooter

WELCOME

I am a freelance writer available worldwide and a lover of life.  I'm addicted to writing, maniac for great stories and believe in the power of simplicity. Feel free to look around, and if you like what you see, get in touch today to discuss your writing needs.

FOLLOW ME ON....

Copyrights © 2015 Ramona Portelli rights reserved   |   Designed and Hosted by RF DESIGNS MALTA