Min tahseb li ddisinja l-libsa tat-tieg tal-gharusa tieghu stess? – Ramona Portelli Blog

Min tahseb li ddisinja l-libsa tat-tieg tal-gharusa tieghu stess?

Il-President, Direttur u proprejtarju gdid ta’ Miss Malta – Kersten Borg ghadu kif inghaqad fiz-zwieg ma’ martu Shanice. 

Kersten li ghandu sebgha u ghoxrin sena, filwaqt li llum martu Shanice ghandha wiehed u ghoxrin sena, nghaqdu fiz-zwieg propju lbierah il-Hadd, 21 ta’ Lulju 2019. 

Ic-cerimonja u l-festin taz-zwieg saru fil-lukanda Corinthia Palace ta’ H’Attard.  Ic-cerimonja bdiet fit-3pm fejn giet segwieta b’festin tat-tieg fejn inkludiet divertiment provdut mill-band lokali ‘The Travellers’. 

Kemm Kersten u anke Shanice jahdmu fl-industrija tal-moda, ilhom f’relazzjoni flimkien il fuq minn dawn l-ahhar sitt snin. 

Fatt originali ghall-ahhar dwar it-thejjijiet ghat-tieg taghhom hija li Kersten ddisinja l-libsa tat-tieg tal-gharusa tieghu stess, peress li mhux l-ewwel darba li ddisinja hwejjeg ghal haddiehor.  Dan ifisser li mhux talli l-gharus qatt ma raha l-libsa tat-tieg tal-gharusa tieghu qabel id-data tat-tieg, talli ddisinjha hu stess u kien prezenti dejjem waqt il-provi tal-libsa. 

Kurzita u fatt iehor dwar Kersten hija li fi tfulitu kien ibati minn problemi socjali fejn kien ibati biex jikkomunika u jissocjalizza ma’ nies ohra, sakemm fl-eta ta’ wiehed u ghoxrin sena kien sab kommunita f’Malta fejn ghenitu jissocjalizza u jkun aktar kunfidenti, sakemm ukoll irnexxilu jsib l-identita tieghu.  Filfatt dan wasslu sabiex iltaqa mal-unika tfajla li kellu f’hajjtu Shanice, u llum saret martu. 

Kersten Borg maghruf ghad-disinji tal-hwejjeg tieghu that l-isem ‘BORG’, ‘Downunder’ u ‘Exclusive’. 

Minn qalbna nawguraw lil Kersten u Shanice ghal futur mill-isbah.


Scroll to top