Musical originali Nahal tal-Imhabba – Ramona Portelli Blog

Musical originali Nahal tal-Imhabba

Musical originali Nahal tal-Imhabba

fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa

Fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, l-Kunsill tal-Mellieħa ħa jippreżenta musical oriġinali bl-isem ta’ “Naħal tal-Imħabba” – kompożitur Philip Vella, lirika ta’ Paul P. Borg u arranġamenti mużikali ta’ Sean Vella. Jieħdu sehem il-kantanti/l-awturi Dario Bezzina, Miriam Christine Borg, Maryann Muscat, Annabelle Vella, Gaetano Sultana, Anna Camilleri, Alexia Farrugia, Thea Gauci, Mireille Borg, Samantha Magro u Maria Cini. 

Il-musical ser isir fuq żewġ serati. L-ewwel li ser isir huwa s-Sibt 8 ta’ Diċembru 2018 waqt ċerimonja uffiċjali li ser tfakkar il-25 Anniversarju tal-Kunsill Lokali Mellieħa imbagħad ser jerġa’ jsir il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2018 fejn il-pubbliku in ġenerali ser ikollu l-opportunita’ li jara dan il-musical miktub apposta għall-okkażjoni. 

Kull min hu interessat li jara dan il-musical hu mitlub li jagħmel kuntatt mal-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jew permezz tan-numru tat-telefon 21 521333, jew permezz tal-indirizz elettroniku: customercare.mellieha.lc@gov.mt biex jikseb il-biljetti neċessarji jew għal preżentazzjoni li ser issir il-Ħadd 9 ta’ Diċembru fit-3.00pm jew inkella għal dik li ser issir fil-6.30pm. Il-biljetti ser ikunu mingħajr ħlas. Il-musical ser isir fis-sala tal-iskola primarja tal-Mellieħa. 

Apparti l-musical, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser jorganizza wkoll numru ta’ attivitajiet oħra, bil-kollaborazzjoni tal-Għaqdiet Melleħin u artista Melleħija li xtaqu jingħaqdu mal-Kunsill biex jiċċelebraw dan l-anniversarju importanti. Dawn huma:

02/11/2018: Wirja mill-artista Melleħija Charmaine Tanti

Post: Is-sede tas-Societa’ Filarmonica La Vittoria

(Il-wirja kienet miftuħa bejn it-2 u l-11 ta’ Novembru 2018)

18/11/2018: ‘Jum Dinji tat-Tfal 2018’

Attivita’ miftuħa għat-tfal kollha tal-Mellieħa u tal-Manikata fis-sede tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. It-tfal kienu mistiedna jieħda sehem f’kompetizzjonijiet letterarji u l-parteċipanti kollha ngħataw premju u tifkira tal-okkażjoni waqt programm mużikali li sar filgħodu u sar bil-parteċipazzjoni tal-istudenti tal-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina. 

18/11/2018: ‘Kunċert Vokali u Strumentali’

Il-Ħadd filgħaxija, l-Għaqda Mużikali u Kor Imperial tellgħu kunċert vokali u strumentali fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mellieħa. Kulħadd kien mistieden u d-dħul kien mingħajr ħlas.

25/11/2018: ‘Tħawwil ta’ Siġar’

Il-Ħadd 25 ta’ Novembru fl-10.30am iċ-Ċentru Laburista tal-Mellieħa ser iħawwel numru ta’ siġar fi Triq l-Erwieħ, il-Mellieħa.

01/12/2018 fis-7.00pm: ‘Kunċert Vokali u Strumentali’ mis-Societa’ Filarmonica La Vittoria

Post: db Seabank Resort & Spa, il-Mellieħa

13/12/2018 fil-5.30pm: Quddiesa u Wirja mill-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista – Mellieħa

Post: Sala tal-Uffiċċju tal-Partit Nazzjonalista, Mellieħa

(Il-wirja tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Diċembru 2018) 

Peress li jkunu qed joqorbu l-festi tal-Milied, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħaseb biex flimkien mal-attivitajiet f’għeluq il-25 Sena Anniversarju jorbot ukoll xi attivitajiet tal-Milied: 

07/12/2018 fis-7.00pm: The Malta International Christmas Choir Festival 2018 (bil-kollaborazzjoni tar-Reġjun Tramuntana)

Post: Knisja Arċipretali tal-Mellieħa

13/12/2018 fis-7.30pm: The ‘Joy Gospel Singers in Concert’

Post: Knisja Parrokkjali Manikata

15/12/18 fl-10.00am: Party tal-Milied għat-Tfal

Post: Sala Profs. G. Wettinger, Skola Primarja Mellieħa

(Bookings fl-uffiċċju tal-Kunsill tal-Mellieħa)

16/12/18 fl-10.0am:  Attivita’ għall-Anzjani

Post: Dar Residenzjali Madonna tal-Mellieħa 

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa f’numru 126, Triq il-Mitħna l-Ġdida, il-Mellieħa jew permezz tan-numru tat-telefon 21521333, jew permezz tal-indirizz elettroniku customercare.mellieha.lc@gov.mt. Wieħed jista’ jżur ukoll is-sit elettroniku www.mellieha.gov.mt jew fil-facebook page: Mellieħa Local Council. 

Scroll to top