Iltaqa’ erba’ darbiet ma’ Valentino Rossi, izda kull darba tehillu – Ramona Portelli Blog

Iltaqa’ erba’ darbiet ma’ Valentino Rossi, izda kull darba tehillu

Lill-personalità li tkellimt mieghu llum, sirt nafu permezz tal-intervista li ghamilt ftit ilu ma’ Nevise Borg Caligari li tigi l-mara tieghu.  Qed nitkellem dwar Pierre Borg – wicc familjari fuq ONE u anke fejn jidhlu muturi.

Stedinni niltaqa’ mieghu d-dar tieghu stess fil-Qawra u d-diskors malajr waqa’ fuqu u dwar dak li jiehu gost jaghmel. Malajr rega’ fakkarni li bhala passatempi bla dubju ta’ xejn ghandu l-muturi, ftit futbol u anke muzika. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna kwiet, ta’ ghalih wahdu u jhobb jghin.
Fil-fatt digà kont tkixxift ftit dwaru qabel ma’ ltqajt mieghu u kont konxja li hu bniedem ta’ ghalih wahdu, u allura ma stajtx ma nistaqsix jekk hemmx xi raguni partikolari wara dan. 

“Minn dejjem kont hekk.  Pro-prjament ma nhobbx kunfidenzi zejda. Nohrog u niehu pjacir kemm trid, però m’hemmx irbit jew ftehim bil-quddiem, u wisq aktar kunfidenzi zejda ma’ ohrajn,” beda jghidli dwaru Pierre.
Qlibt mal-ewwel fuq is-suggett tal-muturi u nfurmani li bhalissa ghandu erba’ muturi.  Tiskanta kif hin ghalihom isib dejjem. 
Hallejt f’idejh jiehu gost jirrakkontali kif jirnexxilu jlahhaq maghhom kollha. “Normalment is-Sibt filghodu nhobb inqatta’ hin maghhom fil-garaxx, innad-dafhom, nara xi jkun jonqoshom u tiskanta l-hin itir hekk.
Il-Hadd generalment inqum filghodu kmieni xil-hamsa ta’ filghodu u mmur dawra b’xi mutur minnhom, halli kemm jista’ jkun sas-sebgha ta’ fil-ghodu nkun ingbart lura.  B’hekk inkun evitajt it-traffiku u l-genn kollu  ta’ filghodu”.

Mistoqsi kif ingibed daqstant lejn il-muturi, Pierre sostna li meta kien ghadu tifel minn dejjem kien xtaq rota, ghalkemm kien dam jistennieha sa ma fl-ahhar waslet.
“Il-genituri tieghi qatt ma kellhom trasport taghhom u ghadhom sal-lum.  Fl-ahhar gietni r-rota. Però ma kontx nuzaha kif suppost.  Kont nuzaha daqs li kieku kienet qisha mutur – ghall-offroading u tlielaq. Meta ghalaqt tmintax-il sena, kont xtrajt mutur mal-ewwel.  Mutur kien l-ewwel vettura tieghi.
Wara ftit kelli accident bih li domt disa’ xhur imwegga’ u bil-gibs.  Rasi iebsa wisq, tant li xorta kont insuq il-mutur filwaqt li kont ghadni bil-gibs. Wara xi zmien bieghejt il-mutur u gibt karozza, u ergajt gibt il-mutur”, irrakkontali Pierre.

Illum il-gurnata mhux l-ewwel darba li jsiefer b’xi mutur minn tieghu Sqallija sabiex jara xi tellieqa tal-muturi stess u jigi lura.  Beda jispjegali kif l-ikel jilghab karta importanti f’waqtiet bhal dawn.  Ma stajtx nifhem kif l-ikel jaffettwa lil min ikun ser isuq mutur.
Malajr spjegali li ghal toroq twal hafna, ikun jehtieg li jaghraf x’jiekol u kemm hin qabel ukoll, ghax inkella s-sewwieq jista’ jispicca mdardar.  “Mhux la kemm tkun bilqeghda tikkontrolla lill-mutur.  Trid tkun iffukat mija fil-mija”.
Mistoqsi x’sodisfazzjon itih mutur, Pierre nfurmani li jhobb certa libertà, u dik il-haga minghajr windscreen toghgbu hafna.  Il-mutur jaf jirrilassah, però mhux se jkun irrabjat u johrog bil-mutur!
Ridt inkun naf ukoll ghal kuljum x’juza, jekk hux mutur jew karozza.  Fil-fatt infurmani li dan jiddependi skont it-temp, li normalment meta jkun temp tajjeb ihobb juza l-mutur.  Fuq kollox jevita t-traffiku kollu u anke jsib li l-mutur huwa aktar ekonomiku minn karozza.

On D Road fuq ONE

Nitkellem mieghu dwar il-programm televiziv tieghu On D Road, li ilu jipprezenta ghal dawn l-ahhar sitt snin.  Programm li jinkludi test drives ta’ muturi u karozzi godda u dwar dak kollu li ghandu x’jaqsam maghhom bhal sports u certu passatempi. 
On D Road jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq ONE fis-6.15pm.  “Dan kien l-ewwel programm li pprezentajt u ovvjament ghal qalbi hafna ghax qed nwassal  messagg bih u nghaddi l-passjoni tieghi tal-muturi u karozzi ghand haddiehor.”

Tant huwa ffissat fuq din it-tip ta’ muzika li jhobb jixtri mhux biss muzika reggae, izda anke materjali konnessi mar-reggae.
“F’Malta sfortunatament il-muzika reggae hija asssocjata biss ma’ Bob Marley jew UB 40.  Hija ovvjament muzika vasta hafna u ma tieqafx ma’ dawn biss.  Ghal dawn l-ahhar kwazi ghoxrin sena, kont nipprezenta programm tar-reggae fuq One Radio. li waqqaftu dan l-ahhar.  Illum il-gurnata qed nolqot gosti varji billi qed nipprezenta l-programm One Weekend fuq ir-radju, u bih qed nolqot semmiegha diversi”.

Mitluf u mignun fuq Valentino Rossi

Ghajnejh jixeghlu hekk kif semmejtlu lil Valentino Rossi u bdejt nistaqsih xi domandi dwaru.   
Qalli li kemm -il darba mar jarah itellaq. “Kont insegwih meta kien ghadu tifel.  Valen-tino Rossi huwa disa’ darbiet champion.  Ingemma’ kull oggett materjali li ghandu x’jaqsam mieghu – minn muturi zghar, brieret, u helmets, fost ohrajn.  Nikkalkula li darbtejn f’sena nitla’ narah itellaq”, kompli jghidli.
S’issa Pierre iltaqa’ ma’ Rossi erba’ darbiet, izda kull meta gie biex ikellmu wehel ilsienu. 

“Generalment meta nitla’ waqt it-tlielaq tieghu, nitla’ bhala press. Dejjem nippjana li nistaqsih certi domandi u x’hin appena jkun quddiemi, nehel sforz l-ecitament li jkolli fuqi.
Zort il-post li ghadu jghix sal-lum fih Rossi – Tavullia, u anke l-fan club tieghu, fejn ta’ kull sena ngedded anke l-membership tieghi”.
Tant huwa iffissat fuq Rossi, li Pierre ha hsieb li jinkludi n-numru 46 fuq kull pjanca tal-muturi li ghandu.  In-numru 46 huwa n-numru li dejjem uza biex tellaq Valentino Rossi.
Litteralment huwa l-idolu tieghu, tant li ma jimmisjax tellieqa wahda tieghu. “Il-mod ta’ kif jitkellem, kif isuq, u kif jesprimi ruhu, huma kollha elementi li jigbduni lejn Rossi.  Iltqajt u kellimt lil ommu u missieru wkoll”, kompli jghidli Pierre.

Tant intilef ikellimni dwar Rossi li l-hin beda ghaddej gmielu.  Ma kienx bizzejjed.  Qomna minn bilqeghda u stedinni f’kamra partikolari minn tad-dar tieghu.   Hekk kif fetah il-bieb, stajt nosserva kamra ddedikata u mimlija b’affarijiet konnessi mal-muturi biss u fuq kollox ma’ Rossi.  Brieret, flokkijiet, keychains, muturi scale model, helmets, gkieket tal-muturi, nuccali tax-xemx bin-numru 46 u hafna materjali ohra konnessi ma’ dan l-isport!

Infurmani li din il-kamra hu biss inaddafha – hadd aktar.  Mhux hekk biss, tant li ghandu pinzell apposta biex ifarfar l-irqaqat ta’ dettalji li ghandu fiha.

“Illum nixtieq li din il-kamra hija ikbar. Fiha nsib is-serhan tal-mohh u kull oggett materjali li ghandi jfakkarni f’xi episodju partikolari”.

Kien punk rocker

Mill-muturi nitkellmu fuq il-passat ta’ Pierre, u nfurmani li qabel kellu stil ta’ punk rocker.  Peress li minn dejjem kien ihobb il-muzika rock, naturali hafna li kien punk rocker. Il-muzika storbjuza kienet iggennu. 

Beda jilbes l-istil tieghu, u dak iz-zmien is-socjetà kienet thares lejh bl-ikrah. “Kien zmien is-sebghinijiet. 
Kont nilbes tlett imsielet, ix-xaghar misbuh ahdar u kollu ’l fuq, qliezet imqatta’, ktajjen u xi zarbun tas-suldati. Biz-zmien meta mmaturajt, din l-era bhal donnha nqatghet. Kienet pjuttost era qasira, u maz-zmien kelli wkoll nbiddel l-istil tieghi u nadatta maz-zmien”.

Jaghmel il-karità bil-muturi

Fl-ahhar ta’ din l-intervista nitkellem mieghu dwar haga interessanti li jhobb jaghmel Pierre ta’ kull sena – li jghin l-annimali jew xi persuni fil-bzonn permezz ta’ charity rides bil-muturi.  Din normalment issehh fi zminijiet tal-Milied.  L-ahhar wahda li ghadu kif organizza b’success kienet ic-charity ride li saret fit-8 ta’ Jannar li ghadda li bdiet minn Bahar ic-Caghaq u spiccat il-Qawra. 

Scroll to top