Ispira ruhu minn poster go bar – Ramona Portelli Blog

Ispira ruhu minn poster go bar

Hawn min huwa kuntent bil-karriera tieghu lokali, izda ssib ohrajn li jkunu jridu jifirxu u jespandu t-talenti taghhom  barra minn xtutna.  Mhux dejjem ikun possibbli li wiehed jibqa’ jghix pajjizu, allura b’mod naturali dak li jkun irid ifittex li jhalli pajjizu u jghix f’dak il-pajjiz li jidhirlu jista’ jgiblu aktar fortuna.

Il-personalità li tkellimt mieghu – Richie Crossley huwa ezempju car ta’ dan li ghadni kif ghedt.

Richie mwieled Malta u ghalkemm kellu jmur jghix Londra minhabba n-natura ta’ xoghlu, sostna mieghi li huwa kburi li huwa Malti. Il-genituri tieghu kif ukoll iz-zewg uliedu ghadhom jghixu Malta. Izda Richie llum jahdem u jghix flimkien mal-partner tieghu f’Londra. Huwa fotografu.

Ghal xi whud jista’ jissejjah fotografu b’differenza. Qed nghid b’differenza ghaliex uhud mit-tip ta’ ritratti li jispecjalizza fihom Richie huma kemmxejn provokattivi. U proprju ghalhekk kellu jhalli Malta, minhabba wkoll li lura fis-snin disghin ma kienx hawn opportunijiet tajba ghalih hawn Malta.  Dwar dan tkellimt fid-dettall ma’ Richie sabiex insir nafu aktar u sabiex jaqsam xoghlu mal-qarrejja ta’ dan il-gurnal.

Richie ghandu 42 sena.  Sas-sena 1995 kien ghadu jghix Tas-Sliema. Il-passatemp ewlieni tieghu huwa li jiehu r-ritratti lil tfajliet sbieh, anzi hu jsejhilhom ‘Goddesses’.

Beda jirrakkontali li minn zghozitu, ilu jahdem fil-fotografija.  “Bdejt bhala zagh-zugh nahdem Hal Qormi f’laboratorji fejn konna nizviluppaw ir-ritratti fost l-ohrajn,” beda jghidli Richie.

Zied jghidli li ghall-bidu kien tghallem mill-esperjenzi tieghu ’l hawn u ’l hemm f’Malta, izda meta sab ruhu Londra, kellu jaqdef aktar u b’hekk kien beda kors tal-BA fil-fotografija, fejn spicca ggradwa bl-unuri.

Attenda wkoll ghal korsijiet fil-Masters mal-Assocjazzjoni tal-Masters Photographic.  Illum il-gurnata mhux l-ewwel darba li jigi mqabbad jaghti seminars mal-istess instituzzjoni.

Naqbad nitkellem mieghu dwar il-memorji li ghandu dwar Malta. “Ghalkemm gej minn familja tajba, meta kont tifel trabbejt fi skola tal-boarding f’Tas-Sliema.  Din l-esperjenza tellatni f’ragel dixxiplinat.  Ta’ 17-il sena digà kont nghix ghal rasi f’H’Attard. Niftakarni dejjem ridt nahdem ghal dak li rnexxili nakkwista matul hajjti,” beda jghidli Richie dwar il-memorji tieghu ta’ Malta.

Zied jghidli li jimmissja hafna lil Malta, u tant hu hekk li jigi ta’ spiss, izda ma jimmaginahx jerga’ jghix hawn. “Peress li ghandi missieri Ingliz u nofs familti jinsabu l-Ingilterra, allura hassejtni komdu nghix hawn l-Ingilterra. Hawn differenza kbira fl-opportunitajiet li almenu offriet lili fin-natura ta’ xogholi, u b’hekk bqajt hawn, allavolja nerga’ nghid li jien kburi li jien Malti,” rega’ nsista mieghi Richie.

Fotografija fuq celebritajiet kbar

Sas-sena 2008 Richie kien jahdem ma’ agenzija tal-fotografija li kienet tlaqqghu ma’ diversi celebritajiet kbar.  Dan ix-xoghol kien iwasslu f’diversi pajjizi madwar id-dinja.  Kien hadem fil-qrib ma’ Angelina Jolie, Johnny Depp, Al Pacino u hafna ohrajn.  “Però, ma kontx qed niehu dak is-sodisfazzjon totali.  Ma kontx inhossu artistiku u kelli nimxi fuq certu regoli u kuntratti ta’ bilfors.

Dik il-haga li trid timxi fuq dak li jghidulek bilfors kienet iddejjaqni wisq. Allura kelli mmur lura ghal ideat u ritratti tieghi stess.  Kont naf li xoghol ma’ celebritajiet ma kienx il-vera xoghol tieghi.  Ghalhekk komplejt niffoka fuq ix-xoghol konness mal-moda fl-istudio tieghi gewwa Londra.”

B’hekk Richie rega’ ha l-hajja u beda jigbed ritratti li jhossu aktar komdu fihom – ritratti b’pozizzjonijiet xi ftit provokattivi. Kellu x-xorti li jahdem xi ftit mill-qrib mal-famuz Bob Carlos Clarke. 

Ispira ruhu minn ritratt f’Paceville

In-namra tieghu proprja ghal ritratti xi naqra provokattivi bdiet minn Paceville.  Hallejt f’idejh sabiex jirrakkontali.  “Fis-sena 1984, ta’ zaghzugh li kont, kont mort ma’ shabi ghall-ewwel darba gewwa klabb f’Paceville.  Haga naturali li kemm shabi u anke jiena konna morna hemm sabiex ‘nghabbu’ xi tfajla.

Izda ma nafx kif sibt ruhi bilqieghda mal-bar inhares cass lejn din il-poster ta’ mara b’mod provokattiv f’forma kreattiva ta’ mejda.  Aktar tard maz-zmien skoprejt li dan l-istess poster kien ta’ Bob Carlos Clarke imsejjha ‘Keeping up with the Joneses’.  Dan ir-ritratt halla mpatt qawwi fuqi, ghalkemm digà kont involut fil-fotografija. Dik il-lejla niftakarni mort lura d-dar minghajr tfajla, izda l-aqwa haga ghalija kienet li kont mort lura d-dar b’holma gdida u ispirazzjoni kbira.  Tant hu hekk li kont hadt decizjoni li dik kienet it-tip ta’ linja preciza li ridt nispecjalizza fiha,” irrakkontali Richie.

B’kurzità kbira, ridt inkun naf aktar dwar dan xoghlu x’jikkonsisti. “Bazikament niehu ritratti lil hafna tfajliet differenti u b’modi kemmxejn provokattivi.  Meta nghid hekk qed infisser li jkunu liebsa hwejjeg ta’ taht, hwejjeg tal-gilda jew inkella dak li jissejjah implied nudes. Fl-Ingilterra dawn it-tip ta’ fotografiji ilhom popolari sa mis-snin tmenin.  Bhala fotografu nhobb nfittex u naqbad f’ritratti xeni provokattivi li tista’ tkun taf toffri l-mudella li jkolli quddiemi.

B’hekk biss dak li jkun ikun jista’ japprezza dan in-natural tal-mudella. B’hekk biss ukoll meta nhares lejn ix-xoghol tieghi u narah fuq posters,  narah bhala xoghol sexy u li jhalli mmaginazzjoni infinita u certa fantasija lejn kull min ihares lejn dawn it-tip ta’ ritratti tieghi.

Inhoss ruhi bhala ffortunat ukoll ghall-fatt li l-partner tieghi Maria King hija mudella, tant li mmudellat ghal diversi kumpanniji kbar bhal Wonder Bra, Playtex, Aubad u hafna ohrajn.  Allura hi tifhem ix-xoghol tieghi kompletament.  Il-granet tieghi nghaddihom imdawwar ma’ diversi nisa sbieh, nahdem maghhom u fuq kollox naqla’ l-ghixien ta’ hajti minn hekk – haga li zgur ma ddejjaqnix,” tbissem jghidli Richie.

Fl-ahharnett Richie temm din l-intervista mieghi billi spjegali kif illum ihossu kuntent qed jaghmel dak li dejjem xtaq.  “Ghad ghandi kollezzjoni kbira tax-xoghol ta’ Bob Carlos Clarke, u nhossni kburi li bqajt insegwi l-passi tieghu f’xogholi.  Fi kliem semplici qed niehu gost naghmel dak li qed naghmel, u dak li nhobb,” temm jghidli Richie.

Scroll to top