Qata’ x-xorb, izda baqa’ vicin tieghu permezz tal-cocktails – Ramona Portelli Blog

Qata’ x-xorb, izda baqa’ vicin tieghu permezz tal-cocktails

L-ideali hu li wiehed ma joqghodx idejh fuq zaqqu u ma jaghmel xejn.Kieku kulhadd imidd idu ghal xi haga, kieku l-hajja tkun aktar varjata, u mhux xi kultant taqa’ fuq certu monotonija.

Generalment insibu hafna kreattività, imma kultant u sfortunatament issib dak il-wiehed jew tnejn ghazzenin. Hawn min tajjeb fit-tpingija, min fl-isports, min fil-hjata u sahansitra b’esperimenti bix-xorb mhux alkoholiku u anke alkoholiku, fost hafna delizzji ohra.

Ghall-intervista tal-lum intervistajt lil Paul Cassar, li madwar 33 sena ilu beda jahdem bhala bartender u sab lilu nnifsu fid-dinja tal-cocktails specjalment dawk tal-kafè. Minn barman, il-karriera tieghu avvanzat ’il quddiem, u fil-fatt illum jokkupa l-kariga ta’ Bars Manager f’lukanda lokali ta’ hames stilel.

Bhala persuna li minn dejjem kien kreattiv u li tghallem wahdu, Paul qatt ma kien bizzejjed ghalih li jibqa’ jaghmel, jesperimenta u jservi s-soltu cocktails komuni u internazzjonali. Ghalhekk fittex spirazzjonijiet godda flimkien ma’ ideat varji u eventwalment beda jipprezenta kollezzjoni ta’ cocktails tieghu stess.

Mort niltaqa ma’ Paul fl-istess lukanda li qed jahdem fil-prezent. Laqaghni bi hgaru, tant li anke stajt ninnutah xi ftit ecitat u herqan ghal din l-istess intervista. Paul ghandu 51 sena, u joqghod Tas-Sliema. Bhala passatempi jhobb jesperimenta bil-cocktails u anke jfittex u jaqra informazzjoni dwarhom fuq l-internet. Ma jonqsux is-safar u l-futbol.

Jikkunsidra lilu nnifsu bhala bniedem serju però cajtier, u fil-fatt ihobb l-affarijiet sew specjalment fuq il-post tax-xoghol.

Wiehed mill-aqwa esperti lokali

Paul huwa maghruf bhala wiehed mill-esperti lokali tal-cocktails specjalment tal-kafà. Tlabtu jghaddili xi kummenti dwar dan.

“Iva, hekk hu nista’ nghid li jien wiehed minn uhud f’Malta li nesperimentaw tajjeb bil-cocktails. Xi zmien ilu gejt imlaqqam coffee cocktail master. Ridt naqbad linja differenti f’hajjti, u ghalhekk bdejt nhallat ix-xorb flimkien. Ovvjament b’hafna qari, esperimenti, esperjenza u studju. Mill-cocktails tohrog certa kreattività. Hsibt li cocktails bil-kafè kienu xi haga rari, u b’hekk bdejt nesperimenta u nohloq cocktails ta’ dan it-tip. Fil-fatt ghandi u hloqt fost ohrajn cocktails imsemmija u maghmula mit-tiramisù u creme caramel. Dawn ikollhom toghma simili ta’ hlewwiet li ssib fil-kejkijiet”, beda jispjegali Paul.

Prattikament Paul dejjem hadem max-xorb alkoholiku u anke mhux alkoholiku. Jarah bhala forma ohra ta’ arti. “Li nahdem fit-turizmu jfisser niltaqa’ ma’ nies differenti u anke naghmel hbieb godda. Barra minn hekk il-cocktails making ghalija hija arti, ghax minnha nfisha fiha certa kreattività li hemm hsibijiet warajha.”

Igieghel lil haddiehor iduqhom

Kompla jghidli li llum il-gurnata Paul m’ghadux imiss xorb alkoholiku ma’ halqu. Kien jixrob xi snin ilu, imma llum xejn. Allura wiehed logikament jistaqsi, kif jista’ jkun li jaghmel il-cocktails bix-xorb alkoholiku minghajr ma jduqhom!! Fil-fatt din kienet domanda spontanja li kellha tizdied mal-kumplament. Paul wegibni bi tbissima sarkastika u qalli, “Int xi darba rajt lil xi professur iqatta lilu nnifsu qabel ma jopera lill-pazjent!! Personalment kont iddecidejt li x-xorb alkoholiku ghandi nnehhih minn hajti, fis-sens li ma nixorbux aktar. Wasalt f’punt fejn indunajt li ma kienx ghadu jaqbel mieghi. Izda bis-sahha tal-cocktails xorta bqajt vicin tieghu, ghalkemm kif ghedt int jien stess ma nduqux. Izda naccertak li naf x’toghma fih. Dan l-ahhar bdejt li hekk kif inlesti xi cocktail, normalment inqabbad xi kollegi tieghi stess sabiex iduquh u japprovawh,” spjegali Paul.

Holma unika

Kompla jghidli li ghandu holma unika li jixtieq jaraha ssehh xi darba, ghalkemm ilu jahdem fuqha. Prattikament jixtieq li jara r-ricetti tal-cocktails tieghu fi flixken ghall-bejgh. B’hekk tlabtu jaqsam mieghi din il-holma tieghu, u b’liema mod qed jirsisti ghaliha. “Digà kont ghamilt kuntatti ma’ kumpaniji kbar hawn Malta stess. Il-konkluzjoni li hadt sfortunatament hija li m’hawnx entuzjazmu. B’hekk dan l-ahhar kelli nirrikorri ghal barra minn Malta.”

Ridt inkun naf b’liema mod jispira ruhu ghal ricetti godda tal-cocktails, jew fuq kollox jekk jaqbadx u jivvinta ricetta dak il-hin stess.

“Iebsa nispjega. Però tidhol element ta’ illuzjoni. Niehu ezempju ghall-festa ta’ San Valentinu ta’ din is-sena kont sajjart inbid bi frott ezotiku. Ovvjament kont studjajt it-tema minn qabel,” fissirli Paul.

Zied jghidli li l-aktar ingredjent li juza fir-ricetti tieghu tal-cocktails hija l-vanilla, ghaliex din tista’ tidhol f’hafna affarijiet. Staqsejtu jekk hu personali jikkunsidrax il-cocktails making bhala arti u fuq kollox x’sodisfazzjon ikollu.

“Il-fatt li gieli avvicinawni ghal programmi tat-televizjoni lokali u anke xi magazins dan ghalija digà huwa ta’ sodisfazzjon. Il-hasra hija li cafeteria’s lokali ma jinteressawx ruhhom f’dawn ir-ricetti lokali. L-internet hija storja ohra ghax naf li dahlu eluf ta’ nies jaqraw ir-ricetti tieghi, tant li naf li ntoghgbu wkoll,” spjega ruhu Paul.

Iddiskutejt ma’ Paul jekk normalment jaghmilx cocktails id-dar tieghu stess, izda Paul qalli li generalment il-holm u l-ispirazzjonijiet biss jiguh id-dar, u allura fuq il-post tax-xoghol ikun jista’ jesperimenta u jizviluppa dak li jkun haseb u hadem fuqu minn qabel.

Fl-ahharnett Paul xtaq jghaddi messagg lil dawk iz-zghazagh – l-aktar lil dawk li qed jistudjaw it-turizmu, sabiex ma jiddejqux jesperimentaw joholqu cocktails godda. “Tiddejqux tkunu avventuruzi. Fuq kollox tkunu qed toholqu prodott genwin u lokali”, temm jghidli Paul.

Scroll to top