Arti mill-isbah mill-bajd – Ramona Portelli Blog

L-arti hija xi haga meraviljuza. Ma tistax ma tapprezzax l-immaginazzjoni tal-artist, f’kull qasam tal-arti. L-egg art hija arti gdida li diehla ftit ftit f’Malta. RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ CLAUDIA CATANIA, artista tal-egg art.

Litteralment…dak li jaraw l-ghajnejn imissu l-idejn.  Hekk jghid il-qawl Malti u aktar ma nintervista persuni kreattivi, aktar nikkonferma li dan qed ikun aktar possibbli.  Proprju dan l-ahhar iltqajt ma’ mara tad-dar li minn sena ’l hawn saret tispecjalizza f’xoghol ta’ egg art.

Egg art hija tip ta’ arti li ssir minn qxur tal-bajd.  Hija litteralment kreazzjoni mhux immaginabbli.  Fil-fatt wiehed jista’ johloq, b’dan il-mod, diversi affarijiet materjali bhal crackers tal-Milied, baby cots, oggett fejn wiehed izomm ic-crieket u mijiet ta’ oggetti dekorattivi ohra.

Sabiex inkun naf aktar dwar din l-arti, li bil-mod il-mod qed tidhol f’pajjizna, tkellimt ma’ Claudia Catania. Claudia ghandha 35 sena u toqghod il-Kalkara. Ilha 12-il sena mizzewga, u tapprezza kull tip ta’ arti, il-qari u l-muzika.

Tiddeskrivi lilha nnifisha bhala persuna li dak li timmagina tkun trid toholqu, u tammetti li hija persuna ta’ rasha iebsa.  “Minkejja dan, nemmen li l-persistenza li ghandi gewwa fija gabitni fejn ninsab illum u ghalhekk ukoll inhoss li qed nirnexxi f’din it-tip ta’ arti,” bdiet tghidli dwarha Claudia, hekk kif iltqajt maghha f’kafeterija f’Tas-Sliema.

Malli poggiet mal-mejda fejn kont qed nistennieha, Claudia entuzjasta mal-ewwel harget u firxet minn gol-basket kull tip ta’ egg art li kellha mahduma lesti.  Litteralment kellna qisu display fuq il-mejda, tant li n-nies ta’ madwarna malajr bdew jinteressaw ruhhom u jiggustaw l-affarijiet taghha maghmula permezz tal-egg art.

L-ewwel hsieb li ghaddieli minn go mohhi hekk kif bdiet turini diversi tipi minn din l-arti, ghedt u hsibt li min jaf kemm huma fragli peress li huma maghmula minn bajd tal-annimali u anke dak ic-cokon ta’ materjal li jitwahhal maghhom.  Izda b’sorpriza kbira fuqi, Claudia kkonfermatli l-kontra.  “Mhux int biss tahseb li huma fragli, izda mhumiex.  It-tip ta’ kolla li tinhadem fuqhom taghmilhom sodi bizzejjed,” fissritli.

Xoghol delikat hafna

Rigward il-process, bdiet tispjegali li l-ewwel tordna u tixtri l-bajd.  Generalment tixtrihom minn barra minn Malta.  Apparti lilhom, tordna l-kristalli u l-perli sabiex finalment tkun tista’ zzejjen bihom.  “Generalment nibda billi nohloq sketch fuq il-bajda.  Imbaghad permezz tal-ghodda apposta li ghandi nibda naqta’ mal-madwar u nwahhal xi kristalli u dekorazzjonijiet ohra permezz ta’ drill ckejken apposta.  Finalment nohloq id-disinn li jkolli f’mohhi,” bdiet tispjegali dwar il-process.

Claudia sahqet mieghi li barra minn Malta din it-tip ta’ arti tittiehed tant bis-serjetà.  “Tant jehduha bis-serjetà li ghandi hbieb tieghi stess minn madwar id-dinja li ghandhom masters u grand masters f’livelli differenti ta’ egg artistry.  Ghalihom din hija specjalizzazzjoni fejn anke jattendu konferenzi u anke ghandhom muzewijiet apposta bl-arti tal-egg art.”

Fil-kaz ta’ Claudia, minn mindu bdiet tattendi ghal xi lezzjonijiet bazici, mill-ewwel uriet interess kbir, tant li wara kompliet tistudja ghal rasha.  “Aktar milli studju, nemmen li l-immaginazzjoni hija kollox.  Kont u ghadni naghmel ricerki differenti permezz ta’ kotba u anke minn fuq l-internet.  Li nista’ nghid hu li din l-arti hija relattivament gdida ghal Malta, però qed tidhol ftit ftit ukoll.  Bi pjacir nghid li digà qed jidhol il-kuncett li jinghataw rigali ta’ egg art.  Haga interessanti hija li l-egg art ilu jezisti minn zmien l-Egizzjani,” ziedet tghidli.

Mistoqsija ta’ liema annimali precizament ikunu l-bajd li jintuza fl-egg art, Claudia infurmatni li dawn ivarjaw skont id-daqsijiet.  “Generalment jintuzaw bajd tal-papri, goose, ostrich, u tigieg fost ohrajn.  Il-bajd tal-ostrich huma l-ikbar bajd li jintuzaw f’din it-tip ta’ arti.  Dawn generalment nordnahom lesti mill-internet, l-aktar mill-Ingilterra,” infurmatni Claudia.

Ridt inkun naf ukoll x’taghmel bihom hekk kif appena tlesti ftit mhux hazin egg arts.  “Kultant inzommhom ghalija stess bhala kollezzjoni, gieli nzommhom biex intihom rigali, jew anke nzomm minnhom ghal xi esebizzjoni.  Fil-fatt tajjeb li nghid li min-naha tal-Kunsill tal-Kalkara nsib hafna appogg, fejn zmien ilu kien organizza attività li kienet tinvolvi wkoll xoghol ta’ egg art.”

Kompliet tghidli li dan ix-xoghol ghadu mhux qed jigi pprattikat wisq hawn Malta.  “Peress li ghadu jibda, ghad fadlilna x’naqdfu sabiex jidhol sew.  Nixtieq li jkun hawn aktar interess u hegga, u b’hekk ikun hawn ukoll aktar ideat.  Nixtieq ukoll li jigu organizzati aktar esebizzjonijiet b’din it-tip ta’ arti,” sahqet Claudia.

B’kurzità staqsejtha kemm tahseb li z-zghazagh tinteressahom din it-tip ta’ arti.  Fil-fatt Claudia kkonfermatli li tara interess qawwi minnhom.  “Nigi mitluba naghti diversi talks u demostrazzjonijiet, u allura nara li hawn interess fiz-zghazagh.  B’hekk ikun hawn anke hafna ideat varji.”

Il-messagg finali li bih temmejt din l-intervista minn ma’ Claudia kien jghid hekk, “Inheggeg lil dawk li huma interessati fl-egg art sabiex ma jaqtghux qalbhom.  It-taghlim tieghu qed jinfirex ftit ftit.  Dawk li jinteressahom jistghu fil-fatt jaghmlu kuntatt mal-Kunsill tal-Kalkara li qed joffri lezzjonijiet tal-egg art bhala esperiment, li nista’ nghid li qed jirnexxi,” temmet tghidli Claudia b’tant entuzjazmu fuqha, filwaqt li stedintha terfa’ wahda wahda l-egg arts li kienet firxet fuq il-mejda fil-bidu nett tal-intervista!

Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

Scroll to top